Ħarsa ġenerali​

Postijiet ta’ radam (landfills), li jilħqu l-kapaċità stabbilita fi Skeda 1 tar-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġiż Tal-Emissjonijiet Industrijali (SL 549.77), għandhom bżonn permess tal-Prevenzjoni u Kontroll Integrat tat-Tniġġis (IPPC) biex ikunu jistgħu joperaw.

X’se tingħata

Suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità u/jew kundizzjonijiet, l-operatur ikun jista' jopera installazzjoni skont kif stipulat minn standards ambjentali taħt ir-Regolamenti tal-IPPC.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji lokali u barranin li joperaw installazjoni ta' radam (landfill).

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

Qabel tagħfas fuq il-buttuna li tissottometti, ġentilment kun żgur li l-formoli addizzjonali rilevanti kollha ġew mehmuża, inkluż il-kopja skenjata ffirmata tal-paġna li fiha hemm id-dikjarazzjoni tal-applikant.
applika