Ħarsa ġenerali​

Individwi jew kumpaniji li jixtiequ jimportaw u/jew jimmanifatturaw u jpoġġu fuq is-suq Malti ppakkjar jew il-materjal tal-ippakkjar, jeħtieġu li jirreġistraw mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) sa minn meta jpoġġu l-prodott għall-ewwel darba fuq is-suq Malti.

X’se tingħata

Suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità u kundizzjonijiet, il-kumpanija jew il-persuna tingħata permess għall-interventi rikjesti.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji lokali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Qabel tagħfas fuq il-buttuna li tissottometti, ġentilment kun żgur li l-formoli addizzjonali rilevanti kollha ġew mehmuża, inkluż il-kopja skenjata ffirmata tal-paġna li fiha hemm id-dikjarazzjoni tal-applikant.
applika