Ħarsa ġenerali​

Tech.mt tilqa’ applikazzjonijiet minn entitajiet li jixtiequ jissieħbu mal-komunità ta’ Tech.mt, jipparteċipaw fl-inizjattivi tagħna u jappoġġjaw sforzi għall-promozzjoni ta’ malta bħala ċentru ta’ għażla tat-teknoloġija u l-innovazzjoni.

​X’ser​ tingħata

Is-sħubija ma’ Tech.mt toffri diversi opportunitajiet sabiex tagħmel kuntatti, tikber, u tappoġġja n-negozju tiegħek.

Benefiċċji tas-Sħubija

  1. Elenkar fid-Direttorju tan-Negozji

    Ikollok il-profil tal-kumpanija tiegħek flimkien mal-logo u d-dettalji ta’ kuntatt fuq id-direttorju ta’ sħubija online ta’ tech.mt, inkluż ħolqa għas-sit web tiegħek. Dan id-Direttorju sejjer jiġi espost f’kull avveniment li Tech.mt tipparteċipa fih, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Il-kumpaniji elenkati fid-direttorju ta’ Tech.mt sejrin jibbenefikaw minn rati komplementari/speċjali għal avvenimenti magħrufa madwar id-dinja li Tech.mt tipparteċipa fihom/tattendi.

  2. Opportunitajiet għal Avvenimenti Internazzjonali

    Opportunitajiet regolari biex tattendi avvenimenti bħala delegat u tkun f’pożizzjoni li tesponi d-ditta tiegħek fuq ix-xena internazzjonali taħt l-umbrella ta’ Tech.mt. Kumpaniji membri jibbenefikaw minn rati komplementari/speċjali fuq biljetti għal avvenimenti fiżiċi u virtwali magħrufa madwar id-dinja li Tech.mt tipparteċipa fihom/ tattendi. Termini u Kundizzjonijiet japplikaw.

  3. Agħmel il-kuntatti

    Permezz ta’ numru ta’ Sponsorships u Opportunitajiet ta’ Networking inti ser ikollok il-possibbiltà li tkabbar u tiġġenera għarfien dwar id-ditta u dwar avvenimenti fost il-membri ta’ Tech.mt u terzi affiljati, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Permezz ta’ dawn l-opportunitajiet, il-membri ser ikollhom aċċess dirett għall-esperjenza u t-tagħrif ta’ membri oħra permezz ta’ materjal online u avvenimenti ta’ networking tan-negozji.

  4. Promozzjoni tad-ditta u ta’ avvenimenti

    Opportunitajiet kontinwi sabiex tiġġenera għarfien dwar id-ditta fost in-network lokali u internazzjonali ta’ Tech.mt.

  5. Aċċess għal pjattaformi promozzjonali ta’ Tech.mt

    Opportunitajiet biex tippubblika artikli dwar il-kumpanija fuq is-sit web/il-pjattaformi tal-midja soċjali ta’ Tech.mt u l-ġurnal uffiċjali ta’ Tech.mt, Tech.Mag.

  6. Ibqa’ Infurmat

  7. Irċievi aġġornamenti settorjali regolari, gazzetti, u pubblikazzjonijiet dwar kwistjonijiet rilevanti fi ħdan is-setturi tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni f’Malta.

Eliġibbiltà​​

Nilqgħu applikazjonijiet minn kumpaniji/entitajiet jew individwi minn vertiċi differenti tal-industrija li jixtiequ jissieħbu fil-komunità tagħna, jipparteċipaw fl-inizjattivi tagħna u jappoġġjaw l-isforzi tagħna fil-promozzjoni ta’ Malta bħala Ċentru ta’ Għażla tat-Teknoloġija.

Kif tapplika​

Kif Tapplika għall-Isħubija

  1. Imla l-formola ta’ reġistrazzjoni
  2. Is-sħubija tiegħek ser tiġi mistħarrġa minn Tech.mt qabel ma tiġi approvata
  3. Idħol fil-kont tiegħek sabiex taċċessa l-portal tal-membri
  4. Lesti l-profil tiegħek
  5. Ivverifika l-elenkar tiegħek fid-direttorju
applika