Ħarsa ġenerali​

Ikkonverti applikazzjoni ta' Privattiva Ewropea għal waħda Nazzjonali.

X’se tingħata

Il-possibiltà li tapplika għal privattiva Nazzjonali, wara li tiddeċiedi li tikkonverti privattiva Ewropea għal waħda Nazzjonali.

Eliġibbiltà​​

L-applikazzjoni għall-konverżjoni trid tkun ibbażata fuq applikazzjoni għal privattiva Ewropea.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dokumenti meħtieġa:
i) Dokument ta’ prokura jekk jiġi appuntat prokuratur
ii) F'każ li ma ġiex appuntat prokuratur u s-sid huwa individwu, ipprovdi kopja tal-karta tal-identità/passaport
iii) F'każ li ma ġiex appuntat prokuratur u s-sid hija kumpanija, ipprovdi kopja tad-dikjarazzjoni maħruġa mill-kumpanija fejn tiċċertifika t-talba tal-konverzjoni
iv) Dokumentazzjoni li juri li l-applikazzjoni għall-Privattiva Ewropea giet rifjutata jew irtirata jew meqjusa bħala rtirata, jew li l-Privattiva Ewropea giet revokata skond Artiklu 135 tal-Konvenżjoni tal-Privattiva Ewropea
applika