Ħarsa ġenerali
Din l-iskema għandha l-għan li tintroduċi żgħażagħ u studenti fid-dinja tax-xogħol, tgħinhom jagħmlu għażliet ta’ karriera aktar infurmati billi tippermettilhom jiksbu esperjenza siewja ta’ xogħol fis-sajf ma’ entitajiet privati u organizzazzjonijiet mhux governattivi (VOs) ibbażati f’ Għawdex.
X’ser tingħata
Il-parteċipanti eliġibbli se jaħdmu għal perjodu li ma jaqbiżx l-20 siegħa fil-ġimgħa fuq perjodu ta’ 5 ġimgħat. Il-parteċipanti se jirċievu għotja ta’ €120 fil-ġimgħa, sa massimu totali ta’ €600. Jekk parteċipant jaħdem inqas mit-total ta’ 100 siegħa, il-ħlas jiġi kkalkulat fuq bażi prorata.
Eliġibbiltà
Żgħażagħ/studenti:
• Dawk li qed ifittxu x-xogħol li għandhom bejn is-16 u l-20 sena (iridu jagħlqu s-16-il sena u ma jaqbżux l-20 sena sal-31 ta’ Lulju 2026).
• Studenti full-time ta’ bejn is-16 u l-25 sena li jattendu istituzzjoni edukattiva sekondarja jew terzjarja.
•Tfal ta’ 15-il sena li se jagħlqu 16-il sena sal-31 ta’ Diċembru 2026 u jkunu lestew il-Form 5/Year 11 (teħtieġ School Leaving Certificate).
• L-applikanti jrid ikollhom karta tal-Identita’ valida u indirizz ibbażat f’ Għawdex.
• Ma jridx ikun qed jibbenefika minn internship jew skema oħra mħallsa/mhux imħallsa matul is-Sajf 2026 u ma jistax jiġi impjegat band’ oħra matul l-iskema.
Min iħaddem:
• Iridu jkunu kumpaniji privati attivi jew organizzazzjonijiet Volontarji (b’numru VO validu) ibbażati b’ mod permanenti jew li għandhom fergħat f ’Għawdex.
• Irid ikun reġistrat mal-Jobsplus u jipprovdi espożizzjoni għax-xogħol f ’Għawdex.
• M’ għandhomx ikunu membri diretti tal-familja tal-parteċipant.
• Korpi ffinanzjati minn fondi pubbliċi (Ministeri, awtoritajiet, Kunsilli Lokali, eċċ.) mhumiex eliġibbli.