Ħarsa ġenerali
Studenti residenti f'Malta li qed jieħdu korsijiet full-time f'Għawdex jistgħu japplikaw għal sussidju tal-Gvern. Is-sussidju ta' €500 kull tliet xhur jingħata matul is-sena akkademika, i.e. minn Ottubru sa Ġunju, u jkopri perjodi ta' tliet xhur (Ottubru sa Diċembru; Jannar sa Marzu; u April sa Ġunju). Kull student ikun meħtieġ li jimla formola fil-bidu ta' kull sena akkademika.
X’ser tingħata
Sussidju ta' €500 kull 3 xhur li jitħallas fix-xahar ta' wara t-tmiem tat-tliet xhur ta' qabel.
Eliġibbiltà
Studenti residenti f'Malta li qed jagħmlu korsijiet full-time f'Għawdex fl-Istitut tal-Istudji dwar it-Turiżmu u fl-MCAST.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħat.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Provvista tas-Servizz
Ġurnata