Paġna Ewlenija / Kuntatt u Appoġġ

Ikkuntattjana

Servizz.gov hija l-aġenzija li tgħaqqad is-servizzi kollha tal-gvern flimkien. Hija pont bejn is-Servizz Pubbliku ta’ Malta u l-pubbliku ġenerali, u tagħmel is-servizzi tal-gvern aktar aċċessibbli.

Servizz.gov jagħmel il-ħajja aktar faċli u jiffranka l-ħin. Jelimina l-ivvjaġġar lejn uffiċċji fil-Belt Valletta u bnadi oħra.

L-ewwel tliet ċentri nfetħu f’Raħal Ġdid, Birkirkara u l-Qawra. Tnejn oħra segwew, fil-Birgu u Ħal Qormi. Fl-2019 is-servizz espandiet f’direzzjoni differenti, bil-ftuħ ta’ tliet ċentri relatati ma’ settur partikolari. Dawn huma ċ-ċentru tal-edukazzjoni f’Belt is-Sebħ, iċ-ċentru tal-familja fil-Furjana (li jinsab fil-bini l-antik tal-ADT) u ċ-ċentru tat-tassazzjoni fil-Furjana.

Illum Servizz.gov qed imexxi 26 ċentru madwar Malta.

Servizz.gov jipprovdi assistenza permezz ta’:

  Email - servizz@gov.mt
     Chat & Aġent Live
  Freephone - 153
 Il-websajt li tospita l-formoli kollha tal-gvern online f'portal wieħed
 "maltapps" disponibbli fuq Android u iOS

Servizz.gov Freephone - 153

Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk matul il-ġimgħa! Is-servizzi tagħna huma disponibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-08:00 sas-16:00. Għall-konvenjenza tiegħek, noffru wkoll sigħat estiżi nhar ta' Erbgħa, u nibqgħu miftuħin sas-19:00.

Talba ta' Informazzjoni

Qed tfittex xi ħaġa speċifika? Agħmel inkjesta, u aħna ngħinuk mill-aktar fis possibbli.

Ikkuntattjana

Freephone - Numri ta' Estensjoni

Biex tikkuntattja servizz partikolari direttament, tista’ tuża wieħed min-numri tal-estensjoni elenkati hawn taħt wara li ċċempel in-numru bla ħlas tagħna.

Ikkuntattjana
  • Sapport 05
  • Taxxa 06
  • VAT 07
  • Taxxa Fuq Propjeta 08
  • Dwana 09
  • Sigurtà Soċjali 11
  • Anzjanita' attiva 12
  • Edukazzjoni 14
  • Enemalta 15
  • Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma 16
  • Il-Benesseri tal-Annimali 17
  • JobsPlus 18
  • Politika dwar il-Migrazzjoni u x-Xogħol 19
  • Servizz ta' Emerġenza Veterinarja 22
  • Mistoqsijiet Oħra 00

Ċentri ta' Servizz.gov

Qed tfittex ċentru servizz.gov ħdejk?

Żur il-paġna tal-lokalizzatur taċ-ċentri tagħna għal aktar dettalji dwar iċ-ċentri reġjonali u speċjalizzati tagħna.

Tgħallem Aktar