Ħarsa ġenerali
Kwalunkwe ċittadin jista' jikseb ċertifikat tal-kondotta billi
jima l-formola elettronika mis-sit uffiċjali
jiġi personalment fl-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali,18 Triq is-Suq, Floriana. Fil-jum tal-ġbir, l-applikanti għandhom personalment jippreżentaw dokument validu ta' identifikazzjoni.
F'każijiet fejn l-applikant mhux f'pożizzjoni li jiġbor iċ-ċertifikat personalment, tista' tiġi ppreżentata ittra t'awtorizzazzjoni ffirmata mill-applikant minn terza persuna.
Flimkien mal-formola t'awtorizzazzjoni mimlija, il-persuna li ser tiġbor iċ-ċertifikat tal-kondotta f'isem persuna oħra, trid tippreżenta:
Flimkien mal-formola t'awtorizzazzjoni mimlija, il-persuna li ser tiġbor iċ-ċertifikat tal-kondotta f'isem persuna oħra, trid tippreżenta:
- kopja tal-karta tal-identità valida tal-applikant u
- dokument tal-identità validu ta' min ser jiġbor iċ-ċertifikat
Għal applikanti Maltin li jgħixu barra minn Malta, il-parti terza trid tippreżenta ittra t'awtorizzazzjoni mingħand l-applikant.
Flimkien mal-formola t'awtorizzazzjoni mimlija, il-persuna li ser tiġbor iċ-ċertifikat tal-kondotta f'isem persuna oħra, trid tippreżenta:
Flimkien mal-formola t'awtorizzazzjoni mimlija, il-persuna li ser tiġbor iċ-ċertifikat tal-kondotta f'isem persuna oħra, trid tippreżenta:
- kopja tal-passaport validu tal-applikant
- dokument tal-identità jew passaport validu tal-persuna awtorizzata
X’ser tingħata
Ċertifikat tal-Kondotta ta' Malta
Eliġibbiltà
Il-pubbliku ġenerali.
Kif tapplika
Imla l-formola online u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata