Pubblikazzjoni ta’ Tnidijiet taż-Żwieġ għall-finijiet tal-Artikolu 4.2(a) tal-Att tal-2014 dwar Unjoni Ċivili - RZ1

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Minn tliet xhur sa sitt ġimgħat qabel l-unjoni ċivili, il-koppja għandhom jagħmlu talba għall-pubblikazzjoni tat-tnidijiet taż-żwieġ fir-Reġistru Pubbliku. F'din il-formola, il-koppja għandha tagħti d-dettalji kollha mitluba mir-Reġistru taż-Żwieġ rigward l-unjoni ċivili li tkun ġejja. Din il-formola għandha tiġi ffirmata mill-koppja.


Għal aktar informazzjoni agħfas hawn  https://identita.gov.mt/marriage-registry/

X’ser​ tingħata

Għaxart ijiem qabel id-data tal-unjoni ċivili, il-koppja għandha tiġbor tliet dokumenti ppreparati mir-Reġistru taż-Żwieġ.

Eliġibbiltà​​

Koppji li jagħżlu li jidħlu f'unjoni ċivili.

Kif tapplika​

Jekk jogħġbok irriserva appuntament ma' wieħed mill-Uffiċjali tar-Reġistru taż-Żwieġ billi tagħfas fuq din il-ħolqa, jew billi tibgħat email fuq pubreg.marriage.identita@gov.mt.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar u Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

14 - il jum

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika