Ħarsa ġenerali
It-Taqsima tar-Riċerki tipprovdi riċerki dwar individwi u kumpaniji vis-à-vis trasferiment ta’ propjetà immobbli. Dawn jinqasmu fi 2: Riċerki Normali jew Fast-track u jipprovdu dokumenti imsejħa Noti msejsa fuq il-kuntratt jew l-Att.
Fost dawn in-noti insibu:
- Insinwi li jinkludu noti relatati ma’ kuntratti ta’ xiri/bejgħ ta’ propjetà, donazzjonijiet, causa mortis eċċ minn individwi jew kumpaniji;
- Ipoteki li juru jekk l-individwu jew il-kumpanija jkollux xi obbligazzjonijiet bħal self jew djun;
- Fidi relatati ma’ fidi ta’ ċnus.
Ir-riċerki tipprovdi riżultati dejjem jekk il-propjetà tkun inkisbet b’att pubbliku li jkun insinwat fir-Reġistru Pubbliku.
X’ser tingħata
Riċerka Uffiċjali dwar individwi jew kumpaniji.
Eliġibbiltà
Din il-formola għandha tintbagħat biss minn min jixtieq riċerki uffiċjali 'normali' jew 'fast track', inkluż kull testment fuq individwi u ditti.
Kif tapplika
Agħfas fuq il-ħolqa u segwi l-passi li jwasslu biex tkun ordnata r-riċerka.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Provvista tas-Servizz
10 ijiem