Ħarsa ġenerali
Liċenzja ta' importazzjoni parallela tinħareġ lill-prodotti mediċinali li għandhom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fuq is-suq. Ladarba tinħareġ, hija valida għal 5 snin. Applikazzjoni ta' tiġdid għandha tiġi preżentata mill-inqas 6 xhur qabel id-data ta' skadenza.
X’ser tingħata
Liċenzja ta' importazzjoni parallela biex jiġu importati prodotti mediċinali minn pajjiżi tal-UE li huma diġà awtorizzati f’Malta.
Eliġibbiltà
Detenturi ta' liċenzja ta' importazzjoni parallela.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn, agħfas fuq print u żomm il-format PDF.
Dawk il-paġni li jirrikjedu l-firem għandhom jiġu pprintjati u mehmuża mal-formola meta jintbagħtu permezz tal- Common EU Submission Portal.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahrejn
Provvista tas-Servizz
5 ijiem