Ħarsa ġenerali
Tree4U hija inizjattiva minn Ambjent Malta fi’ ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija, u l-Indafa Pubblika, sabiex tiżdied il- bijodiversità f’pajjiżna billi ċ-ċittadini, gruppi, għaqdiet kif ukoll entitajiet privati u pubbliċi jisponsorjaw siġar u arbuxell.
X’ser tingħata
Individwi jew korpi kummerċjali jistgħu jagħżlu li jisponsorjaw jew jagħtu siġar indiġeni tal-għażla tagħhom biex jiċċelebraw jew ifakkru avvenimenti partikulari, bħalma huma birthdays, twelid, anniversarji, eċċ, jew sempliċiment biex jgħinu jtejbu l-firxa ta' siġar fil-gżejjer Maltin. Dawn jistgħu jitħawlu f’postijiet li huma taħt ir-responsabilta’ ta’ Ambjent Malta jew f’postijiet oħra fejn hemm xi tip ta’ ftehim bejn Ambjent Malta u l-entita’ pubblika bħal skejjel eċċ.
L-isponsors jistgħtu jitolbu li ssir plakka kommemorattiva u titpoġġa fejn is-siġra bi’ ħlas extra. Dawk li jissponsorjaw is-siġar jiġu nfurmati bil-ħin u ġurnata li ser titħawwel sabiex jekk jixtiequ jkunu jistgħu jkunu preżenti. Madanakollu, kull min jieħu sehem f’din l-inizjattiva jingħata ritratt diġitali permezz ta’ link li tinbgħat minn Ambjent Malta.
Eliġibbiltà
Individwi lokali u/jew korpi kummerċjali. L-ispiża sabiex tiġi sponsorjata siġra jew arbuxell hija ta’ €12 li tkopri l-ispejjeż tal-pjanta kif ukoll it-tħawwil u tisqija.
Il-proċess tat-tħawwil jsir mill-ħaddiema ta’ Ambjent Malta bejn Ottubru u Marzu u t-tip ta’siġar jintażlu skond liema jkunu l-aktar addatati għaż-żona partikolari. Il-kobor tal-pjanti jvarja minn 20 ċentimeru sa metru skond l-speċi.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
8 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
10 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Provvista tas-Servizz
5 ijiem