Ħarsa ġenerali
Għotja għall-ispejjeż marbuta ma' funeral.
X’ser tingħata
L-applikant jirċievi 13.04% tal-ispiża, sa massimu ta' €175.
Eliġibbiltà
Il-persuna deċeduta għandha tkun residenta Maltija, u l-formola tiġi sottomessa mhux aktar tard minn 6 xhur mid-data tal-funeral. L-irċevuti fiskali oriġinali/fatturi u dokumentazzjoni rilevanti għandhom jinżammu mill-applikant għal perjodu ta’ mhux anqas minn sentejn mid-data tal-applikazzjoni u jiġu preżentati lill-Kummissarju tat-Taxxa u ghad-Dwana.meta mitluba għal skop ta’ verifika. Il-pagament tal-għotja jiġi ddepożitat fil- kont bankarju indikat fuq l-applikazzjoni.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
3 ijiem