Applikazzjonijiet għall-eżamijiet tal-Edexcel

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 24 Novembru 2026

Ħarsa ġenerali

Dan is-servizz huwa maħsub għal dawk li jridu japplikaw għall- eżamijiet tal-Edexcel.

L-eżamijiet tal-Edexcel jinkludu l-livell tal-IGCSE (qabel magħruf bħala Livell Ordinarju) u l-livell tal-IAL (qabel magħruf bħala Livell Avvanzat) biss.

X’ser​ tingħata

Il-pubbliku ġenerali huma mogħtija l-opportunità li japplikaw għall-eżamijiet tal-Edexcel.

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Ir-reġistrazzjonijiet għas-sessjoni tal-eżamijiet Edexcel London ta’ Mejju/Ġunju 2027 ser ikunu miftuħa kif ġej:

 

Perjodu tal-applikazzjonijiet: 25/11/2026 – 09/12/2026

Żidiet jew kanċellazzjonijiet (bl-email*): 14/12/2026 – 15/12/2026

Applikazzjonijiet tard ONLINE: 11/01/2027 – 12/01/2027

Applikazzjonijiet tard ħafna ONLINE: 09/03/2027 – 10/03/2027

Applikazzjonijiet għal Arranġamenti ta’ Aċċess (bl-email*): 25/11/2026 – 12/01/2027

 

* Ibgħat email lil: raiza.mizzi@gov.mt

Telefon: 25982952

Għal aktar tagħrif u sabiex tapplika għal dawn l-eżamijiet, ġentilment żur is-sit elettroniku tagħna: www.myexams.gov.mt.

 

Il-kandidati li għandhom kont tal-e-ID Malti jaċċessaw is-sit elettroniku hawn u jdaħħlu d-dettalji tal-e-ID tagħhom u jagħżlu “Edexcel London” skont kif applikabbli.

Id-dettalji personali li huma disponibbli mill-e-ID jimtlew awtomatikament, għalkemm il-persuna li qed tapplika jkollha ċ-ċans temenda l-indirizz. Dettalji adizzjonali jiġu miżjuda mill-persuna li qed tapplika.

Il-kandidati jridu jagħżlu jekk hux qed japplikaw permezz tal-iskola tagħhom (f’każ tal-istudenti tal-Form 5) jew inkella bħala kandidati privati.

Fil-każ ta’ persuni li qed jissottomettu applikazzjoni għall-eżamijiet tal-Edexcel għall-ewwel darba, dawn għandhom jagħżlu “no” għall-Unique Candidate Identifier (UCI).

Wara jridu jagħzlu s-suġġetti kollha applikabbli billi jagħżlu “add subject” wara kull suġġett.

Meta l-persuna li qed tapplika tkun sodisfatta li s-suġġetti magħżula huma kollha elenkati b’mod korrett, hija tagħfas “submit” u tipproċedi bil-pagament.

Dokumenti meħtieġa

Karta tal-Identità Maltija u li jkollok kont tal-e-ID Malti.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika