Ħarsa ġenerali
Għalliema li jgħallmu fl-edukazzjoni obbligatorja huma mitluba mill-Liġi biex ikollhom tal-anqas warrant temporanju.
X’ser tingħata
Warrant temporanju ta' għalliem.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Kopja diġitali ta’ dawn id-dokumenti hija neċessarja sabiex tissottometti l-applikazzjoni għall-Warrant Temporanju għall-Għalliema.
Kwalifiki
Kopja diġitali tal-kwalifiki.
Konferma tal-Impjieg
- Skejjel tal-Istat: Kopja diġitali tad-Deployment Notification Form (DNF). Din il-formola tintbagħat lill-għalliema mid-Dipartiment tar-Riżorsi Edukattivi.
- Skejjel tal-Knisja u Indipendenti: Agħfas hawn biex tniżżel il-Formola tad-Dikjarazzjoni. Kopja diġitali ta’ din il-formola iffirmata mill-Kap tal-Iskola għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni.
Tiftix tar-Rekords tal-Pulizija (Fedina Penali)
Kopja taċ-Ċertifikat tal-Kondotta tal-Pulizija maħruġ mhux aktar kmieni minn xahar mid-data ta’ meta tiġi sottomessa din l-applikazzjoni.
Applikanti li m’ilhomx residenti Malta għal dawn l-aħħar ħames (5) snin, jistgħu jintalbu jagħtu lill-Kunsill Tiftix tar-Rekords tal-Pulizija mill-pajjiż fejn kienu qed jgħixu.
Imla u ssottometti onlineKronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
3 xhur u nofs
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
14 - il jum
Provvista tas-Servizz
3 ijiem