Ħarsa ġenerali
Aġenzija Sapport toffri s-servizz tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità li tippermetti lil persuni b’diżabilità sabiex japplikaw għal numru ta’ servizzi offruti minn dipartimenti tal-Gvern jew entitajiet privati.
X’ser tingħata
Id-detenturi tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità huma intitolati għal servizzi u benefiċċji meta jippreżentaw id-dokument.
Agħfas hawn għal lista sħiħa ta’ benefiċċji:.https://www.eudisabilitycard.org.mt/.
Eliġibbiltà
Additional information:
• Il-Karta Ewropea tad-Diżabilità hija inizjattiva li ġiet ippilotata fi tmien Stati Membri tal-UE inkluż Malta fl-2015. L-għan tad-dokument huwa li jippermetti lill-persuni b’diżabilità li jivvjaġġaw lejn Stati Membri tal-UE parteċipanti oħra biex juru li għandhom diżabilità ċċertifikata fl-Istat Membru minn fejn ġejjin, u biex jaċċessaw benefiċċji offruti lil persuni b’diżabilità f’kull Stat Membru (inkluż tagħhom).
• Id-detenturi tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità jistgħu japplikaw għal numru ta’ skemi u servizzi governattivi mmirati għal persuni b’diżabilità u jistgħu jibbenefikaw minn diversi konċessjonijiet provduti fid-diskrezzjoni ta’ entitajiet pubbliċi u stabbilimenti privati. Madankollu, il-Karta Ewropea tad-Diżabilità hija waħda mill-kriterji ta' eliġibilità rilevanti għal tali skemi u servizzi, u ma tagħtix eliġibilità awtomatika.
• Huwa importanti li tiġġedded il-Karta Ewropea tad-Diżabilità mill-inqas tliet (3) xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tagħha,peress li d-dokumenti skaduti huma invalidi.
• It-tiġdid ta' dan id-dokument huwa r-responsabilità tad-detentur
• Jekk il-Karta Ewropea tad-Diżabilità tintilef, id-detentur għandu jagħmel rapport lil Aġenzija Sapport u jagħmel talba biex jinħareġ dokument ġdid. Huwa applikabbli ħlas amministrattiv ta' €5.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
21 jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
25 jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
25 jum
Provvista tas-Servizz
14 - il jum