Ċertifikazzjoni ta' Perjodi ta’ Impjieg Assigurabbli f'Pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE) - Formola U1 (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Iċ-ċertifikat ta’ U1 huwa  essenzjali għall-ħaddiema li jiġu relokati f’pajjiż ieħor fi ħdan l-Unjoni Ewropea (UE). Dan jipprovdi rekord tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-perjodu ta’-impjieg tiegħek fi kwalunkwe pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE), li huwa neċessarju sabiex tagħmel talba għall-benefiċċji għal qgħad. Madanakollu, dan id-dokument ma jintużax għat-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà’ soċjali minn pajjiż għal ieħor. Dan iċ-ċertifikat  jinħareġ mill-pajjiż fejn tkun ħdimt u ħallast il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

X’ser​ tingħata

Inti tirċievi ċertifikat U1 li juri d-dettalji tal-perjodu tal-assigurazzjoni tiegħek taħt l-att tas-sigurtà soċjali Maltija (Kap. 318.). Dan iċ-ċertifikat jikkonferma il-kontribuzzjonijiet imħallsa f’Malta , u tista’ tużah sabiex titlob benefiċċji għal-qgħad f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE).

 

Meta tapplika huwa mportanti li tikkonferma li d-dettallji kollha tal-impjieg tiegħek huma korretti  sabiex tiffaċilita l-ipproċessar tal-applikazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà:

 

  • Trid tkun għamilt perjodu tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali neċessarji għal-benefiċċju, bhalha impjegat jew persuna li taħdem għal-rasha.

  • Iċ-ċertifikat U1 mhux applikabbli jekk kont impjegat f’Malta iżda ma ħallastx kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minħabba li l-attività tax-xogħol tiegħek ma kinitx assikurabli.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Dokument ta’ identifikazzjoni b’ritratt, li jista’ jkun il-karta tal-identità jew passaport validi.

  • Formola ta’ terminazzjoni ta’ l-aħħar impjieg tiegħek maħruġa mill-aġenzija Maltija tal-Jobsplus.

  • FS3s kolla uffiċċjali u ffirmati tal-impjiegi kollha tiegħek,  inkluż dawk ta’ xogħol part-time.

  • L-irċevuti tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ matul il-perjodu ta’ assigurazzjoni f’Malta, jekk kont taħdem għal rasek irrispettivament jekk hux full-time jew part-time.

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online. L-applikazzjoni tinsab biss bl-ingliż. 

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

3 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

3 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

10 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika