Fostering

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

L-għan ewlieni tas-Servizz tal-Fostering hu li joffri esperjenza ta’ familja lil tfal li għal raġunijiet speċifiċi ma jistgħux jgħixu mal-familja bijoloġika tagħhom. Ir-raġunijiet għaliex it-tfal jibbenefikaw f'foster care huma diversi. Is-Servizz tal-Fostering għandu l-għan li jintegra mill-ġdid it-tfal mal-ġenituri bijoloġiċi jekk dan ikun fl-aħjar interess tal-istess minuri. F’każ li dan ma jkunx possibbli, il-fostering joffri kura u pjan ta’ permanenza.

It-tfal jingħataw l-opportunità li jgħixu f'ambjent ta’ familja fejn jingħataw imħabba, sigurtà u stabbiltà. Permezz tal-fostering, it-tfal jingħataw diversi opportunitajiet sabiex jiżviluppaw aktar il-kapaċitajiet, il-ħiliet u l-karattri tagħhom bl-għan li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

X’ser​ tingħata

Individwi interessati li jiffosterjaw, ghandom jaghmlu kuntatt mid-Direttorat tat-Tfal (Kura Alternattiva) u issir laqgha ufficajli. Il-proċess jinvolvi li persuna tattendi taħriġ obbligatorju. Wara t-taħriġ, isir assessjar minn ħaddiema soċjali sabiex jiġi evalwat jekk il-persuni li attendew it-taħriġ għandhomx il-ħiliet neċessarji. Il-ħaddiema soċjali joħorġu rapport u dan jintbagħat lill-Bord tal-Fostering. Id-deċiżjoni finali, dwar jekk l-applikanti għandhomx jiġu approvati bħala foster carers, tittieħed mill-istess Bord.

Wara dan il-process, isir il-process tal ‘matching’ fejn tfal jigu abbinati ma foster carers skon il-bzonnijiet tat-tfal u l-hiliet tal-foster carers. Wara da nil-process isir moniteragg kontinwu permess ta’ visti fid-djar u l-iskola, ghajnuna minghand il-counsellor tas-servizz, tahrig kontinwu kif ukoll servizzi ohra necessarji biex l-esperjenza tal-fostering tkun wahda pozittiva.

Eliġibbiltà​​

Kriterji tapho’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Foster carers prospettivi, jistgħu jiksbu aktar informazzjoni dwar kif japplikaw billi jikkuntattjaw lid-Direttorat Kura Alternattiva.

Kif tapplika​

Aġenziji tal-fostering akkreditati:

Isem tal-Aġenzija: Fondazzjoni ta’ Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali - Direttorat għall-Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ) –
Servizzi ta' Fostering
Indirizz: 36, Triq San Luqa, Gwardamanġa PTA 1318
Website: www.fsws.gov.mt
Numru ta’ Telefon: +356 2295 9000
Freephone: 1778

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Applikazzjoni riċevuta

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika