Għotja għal Ħalib (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Għotja għal Ħalib tingħata lil omm li għandha l-kura u l-kustodja ta’ tarbija li għandha età ta’ anqas minn erbgħin (40) ġimgħa u teħtieġ tinfatam jew tingħata ikel komplimentari, inkella lil omm li ma tistax tredda’ għal raġunijiet mediċi.

X’ser​ tingħata

Għotja għal Ħalib titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

 

L-ewwel pagament joħroġ mill-ewwel Sibt minn wara d-data ta’ l-applikazzjoni.

 

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

Omm li diġà qed tirċievi jew Assistenza Soċjali; Assistenza Soċjali għal Ġenituri Waħedhom, Għajnuna għal Diżimpjieg jew Għajnuna dwar it-Tuberkulosi.

 

Jekk l-applikanta ma tibqax tirċievi l-Għajnuna Soċjali, Għajnuna għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ jew Assistenza għal Diżimpjieg, l-Għotja għal Ħalib titwaqqaf, anke jekk l-omm imbagħad tingħata Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji minħabba li tidħol f’xogħol bi qligħ.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa

 

  • Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku li jrid jiġi mimli u ffirmat minn tabib.

Kif tapplika​

Ladarba l-applikazzjoni tiġi sottomessa u verifikata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali din tintbagħat għar-rakkomandazzjoni quddiem Bord Mediku, maħtur skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Għotja għal Ħalib titħallas sakemm it-tarbija tagħlaq età ta’ (erbgħin) 40 ġimgħa, li jibdew mid-data tat-twelid. Jekk l-applikazzjoni tiġi rifjutata, l-applikanta tiġi infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

 

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

8 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

5 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Xahar

Provvista tas-Servizz

Xahar u nofs

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika