Ħlas ta' Kontribuzzjonijiet Neqsin tas-Sigurtà Soċjali (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Din l-iskema hija maħsuba għar-residenti Maltin jew persuni reġistrati taħt l-Att dwar is-sigurtà soċjali Maltija (Kap. 318.). L-applikanti eliġibbli jistgħu jħallsu b’lura kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li huma nieqsa mill-istorja tal-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom. 

X’ser​ tingħata

Permezz ta’ din l-iskema persuna tista’ tkun eliġibbli għall-pensjoni kontributorja tas-sigurtà soċjali, jew inkella tikkontribwixxi f’titjib fir-rata ta’ ħlas tal-benefiċċji attwali jew potenzjali.

 

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jipproċessa kull applikazzjoni li jirċievi u, apparti minn Rendikont ta’ Arretrati, joħroġ ukoll stima komparattiva tar-rata tal-pensjoni skont l-arretrati mniżżla kemm jekk imħallsa jew le.  L-applikanti jiġu nfurmati wkoll formalment jekk l-applikazzjoni tagħhom ġietx irrifjutata jew jekk il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet nieqsa eventwalment mhux se jżid ir-rata tal-pensjoni tagħhom. 

 

Mill-2026, dawk li għandhom l-età speċifikata iżda bħalissa mhumiex f’impjieg, kif ukoll ma jikkwalifikawx għal pensjoni tal-irtirar għax m’għandhomx mill-anqas għaxar (10) snin ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, se jitħallew jagħmlu ħlasijiet retrospettivi biss sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn pensjoni tal-irtirar skont il-kontribuzzjonijiet imħallsa u mhux biex ikollok rata aħjar tal-pensjoni.

 

NOTA IMPORTANTI: Dawk il-persuni li jagħmlu ħlasijiet retrospettivi ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, jistgħu jingħataw Krediti tat-Tfal biss jekk ikunu għadhom taħt il 65 sena u għadhom jaħdmu fil mument li jsiru l ħlasijiet retrospettivi.
 

Persuni li ma jkunux f’impjieg waqt li jagħmlu ħlasijiet retrospettivi biex jikkwalifikaw biss għall 10 snin ta’ kontribuzzjonijiet biex jirċievu pensioni tal-irtirar mhumiex eliġibbli għall Krediti tat-Tfal.

Eliġibbiltà​​

  • L-applikanti għandhom ikunu normalment residenti f'Malta u reġistrati taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

  • L-applikanti għandhom ikunu bl-eta’ ta’ bejn id-disgħa u ħamsin (59) u l-erbgħa u sittin (64) sena, imma jkunu għadhom m’għalqux il-ħamsa u sittin (65) sena.

     

  • L-applikanti għadhom attwalment jaħdmu bi qligħ u huma rreġistrati bħala tali mill-Aġenzija tax-Xogħol Jobsplus. Intant, dawk li għandhom l l-età speċifikata iżda bħalissa mhumiex fl-impjieg, kif ukoll ma jikkwalifikawx għal pensjoni tal-irtirar għax m’għandhomx mill-anqas għaxar (10) snin ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, se jitħallew jagħmlu ħlasijiet retrospettivi biss sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn pensjoni tal-irtirar skont il-kontribuzzjonijiet imħallsa u mhux biex ikollok rata aħjar tal-pensjoni.

     

  • Minn Jannar 2022 persuni li laħqu l-eta’ ta’ disgħa u ħamsin (59) sena u li jkunu qed jirċievu Pensjoni għall-Invalidità ser ikunu jistgħu iħallsu sa massimu ta’ ħames (5) snin f’kontribuzzjonijiet. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.

     

  • Persuni li kienu f’impjieg qabel twaqqfet l-Aġenzija JobsPlus fil-1990 u ma jkollhomx rekord li ħallsu l-kontribuzzjonijiet waqt l-istess impjieg, ser jingħataw il-possibiltà li jħallsu sa massimu ta’ ħames (5) snin f’kontribuzzjonijiet nieqsa. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.
     

     

Skond id-dispożiżżjonijiet ta’ din l-iskema, l-applikanti eliġibbli jistgħu jitħallew iħallsu massimu ta’ mitejn u sittin (260) Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, li huma ekwivalenti għal ħames (5) snin ta’ assigurazzjoni, li mhux neċessarjament għandhom ikunu jinsabu fl-aħħar ħames (5) snin qabel id-data tal-applikazzjoni. Il-ħlas ta’ arretrati ta’ kontribuzzjonijiet m’huwiex permess għal perjodu meta l-applikant ma kienx normalment residenti f’Malta.

 

Ir-rata applikabbli dovuta għall-ħlas ta’ Arretrati tal-Kontribuzzjonijiet hija r-rata standard ta’ Klassi 2 (SA) kif applikabbli għas-sena li jkun ser isir il-ħlas.

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

3 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

3 ijiem

Provvista tas-Servizz

12 - il jum

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika