Ħarsa ġenerali
L-għan tal-iskema Carer at Home hi li tipprovdi servizz ieħor fil-komunità. Permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern jagħti appoġġ finanzjarju lil dawk l-anzjani li jimpjegaw carer tal-għażla tagħhom biex taqdihom fil-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum. L-iskema ta’ Carer at Home qed tkun offruta kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
X’ser tingħata
Il-benefiċjarju jirċievi sa massimu ta’ €9,000 kull sena, minn meta l-applikazzjoni tkun approvata. Il-benefiċċju jiġi mħallas kull xahar direttament f’kont tal-bank indikat mill-applikant.
Eliġibbiltà
Anzjan li għandu 60 sena `l fuq
Il-carer irid ikollu kwalifika rikonoxxuta. Għaldaqstant, fir-rigward ta’ kwalifika ottenuta minn barra minn Malta hija meħtieġa l-ekwivalenza mingħand il-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC). Din tista’ tkun meħtieġa wkoll meta l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità (AAKK) jara l-bżonn tagħha.
Kull applikant jiġi assessjat sabiex ikun żgurat li l-benefiċċju jingħata lil min veru għandu bżonn.
F’każ li jkun hemm bżonn isir assessjar mill-CommCare, tingħata deċiżjoni fi żmien tliet ġimgħat.
Kif tapplika
Dokumentazzjoni ġenerali:
Applikazzjoni mimlija.
Rapport Mediku li għandu jkun iffirmat minn tabib tal-familja.
Kopja tal-kwalifika tal-carer.
Kopja tal-ftehim ta’ impjieg awtentikat minn Nutar Pubbliku.
Dokument uffiċjali minn JobsPlus jew Identity Malta (għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi) li jindika li l-carer hu mpjegat mal-applikant b’mod regolari.
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Proċessar ta' Applikazzjoni
32 jum
Provvista tas-Servizz
Ġurnata