Ħarsa ġenerali
Il-warrant jipprovdi lill-applikant b'liċenzja biex jipprattika l-professjoni ta' inġinier f'Malta.
X’ser tingħata
Warrant ta' inġinier.
Eliġibbiltà
L-Att dwar l-Inġinerija jiddefinixxi l-eliġibbiltà għal warrant kif ukoll id-dmirijiet u l-obbligi li jirrigwardaw lil min ikollu l-warrant. Ikun hemm bżonn li l-applikanti jkollhom 240 ECTS Engineering Degree f'Livell 6 tal-MQF, segwita minn tal-anqas 3 snin esperjenza.
B'danakollu, esperjenza relevanti ta' xogħol matul il-grad tista' tiġi kkunsidrata mill-Bord tal-Inġinerija li tikkontribwixxi sa sena esperjenza ta' xogħol.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
4 xhur