Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz jintuża miċ-ċittadin biex ikun jista' jħallas multa tal-Qorti wara li jkun irċieva Avviż għall-Ħlas mill-Qrati ta' Malta jew Għawdex.
X’ser tingħata
Tista' tħallas multa tal-Qorti mill-kumdità tad-dar jew l-uffiċċju tiegħek.
Eliġibbiltà
Dan is-servizz jista' jintuża minn kull min għandu bżonn iħallas multa tal-Qorti li għadha dovuta.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Wara tirċievi rċevuta fiskali mill-Qorti biex tikkonferma li sar il-pagament.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Provvista tas-Servizz
Ġurnata