Ħarsa ġenerali
Individwi jew kumpaniji li jixtiequ jimportaw u/jew jimmanifatturaw u jpoġġu fuq is-suq Malti ppakkjar jew il-materjal tal-ippakkjar, jeħtieġu li jġeddu r-reġistrazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), sa minn meta jpoġġu l-prodott għall-ewwel darba fuq is-suq Malti.
X’ser tingħata
Suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità u/jew kundizzjonijiet, il-kumpanija jew il-persuna tingħata permess għall-interventi rikjesti.
Eliġibbiltà
Individwi jew kumpaniji lokali.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Qabel tagħfas fuq il-buttuna li tissottometti, ġentilment kun żgur li l-formoli addizzjonali rilevanti kollha ġew mehmuża, inkluż il-kopja skenjata ffirmata tal-paġna li fiha hemm id-dikjarazzjoni tal-applikant.

Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Xahar u nofs
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar
Provvista tas-Servizz
Xahar