Ħarsa ġenerali
Ċentru Jum Santa Marta joffri ambjent sigur, inklużiv u ta’ sostenn għal adulti b’diżabbiltà, fejn kull individwu jingħata l-opportunità li jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja.
Il-missjoni ewlenija taċ-Ċentru hija li tippromwovi t-tkabbir personali, l-indipendenza u l-inklużjoni soċjali, permezz ta’ firxa ta’ attivitajiet ta’ kuljum li huma sinifikanti u ta’ valur, u li jsaħħu kemm il-kura personali kif ukoll l-iżvilupp ta’ ħiliet essenzjali għall-ħajja ta’ kuljum.
Il-programmi tagħna huma mfassla biex jippromovu t-tagħlim kontinwu, il-kreattività, is-saħħa fiżika u l-interazzjoni soċjali, f’ambjent imfassal apposta biex jiżgura sigurtà u rispett lejn id-dinjità ta’ kull parteċipant.
Barra minn hekk, iċ-Ċentru joffri appoġġ u gwida personalizzata, sabiex kull individwu jingħata r-rispett, l-attenzjoni u l-kura li jistħoqqlu, li jippermettilu jkompli jkabbar il-kapaċitajiet tiegħu u jilħaq l-aqwa potenzjal tiegħu.
Aħna impenjati bis-sħiħ li nsaħħu l-parteċipazzjoni attiva ta’ kull persuna fil-ħajja tal-komunità, u nippromwovu stil ta’ ħajja attiva, sodisfaċenti u inklużiva, ibbażata fuq il-valuri fundamentali tad-dinjità, ir-rispett u l-ugwaljanza.
X’ser tingħata
Jekk il-persuna tiġi kkunsidrata bħala eliġibbli, tinħatar case conference flimkien mas-Social worker, bil-għan li jiġu evalwati u mifhuma l-bżonnijiet, il-preferenzi u l-potenzjal individwali tal-persuna.
Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, jitfassal programm personalizzat li joffri l-appoġġ meħtieġ biex jissaħħu t-tkabbir personali u l-kwalità tal-ħajja tal-individwu.
Wara dan il-proċess, il-persuna tiġi assenjata f’unit jew grupp adatt fi ħdan iċ-Ċentru, sabiex jiġi żgurat li jirċievi l-livell xieraq ta’ kura, appoġġ u opportunità biex jilħaq il-potenzjal tiegħu.
Eliġibbiltà
Persuni b’diżabilità ta’ 22 sena jew aktar li huma residenti f’Għawdex huma eliġibbli biex japplikaw.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
14 - il jum