Ħarsa ġenerali
Waqt id-demonstrazzjoni, il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) jagħtu informazzjoni dwar l-istruttura tad-Dipartiment, fejn jinsabu l-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar, il-vetturi tat-tifi tan-nar, kif ukoll spjegazzjoni tal-għodda u l-użu tagħhom.
Tingħata wkoll informazzjoni dwar kif wieħed għandu jippreveni nar, kif ukoll kif wieħed għandu juża apparat bażiku biex jintefa n-nar.
X’ser tingħata
Fl-aħħar tad-dimonstrazzjoni l-parteċipanti ser ikollhom idea aħjar ta’ kif jaħdem id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Wieħed ser ikun ħa idea tajba wkoll ta’ kif jista’ jippreveni milli jkun hemm nar, kif ukoll x’jista’ jagħmel f'każ ta' nar. Jitgħallem ukoll dwar l-użu tal-apparat bażiku biex titfi nar, u x’tipi ta’ fire extinguishers jeżistu.
Eliġibbiltà
Il-pubbliku ġenerali u/jew organizzazzjonijiet.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Provvista tas-Servizz
Ġurnata