Ħarsa ġenerali
Bejn wieħed u ieħor l-Aġenzija torganizza Xalata ta’ Kitba darba fix-xahar, għal tfal ta’ etajiet differenti u l-familji tagħhom. Dawn l-attivitajiet jagħtu togħma tal-proċess tal-kitba lill-familji b’attività prattika, fejn it-tfal u l-kbar iħaddmu l-kreattività tagħhom billi jsawru storja, reklam jew poeżija, u jiktbu flimkien bħala familja.
Matul din l-esperjenza l-familji:
• jieħdu sehem f’esperjenza ta’ kitba.
• jiktbu flimkien bħala familja f’atmosfera ta’ gost u rilassanti,
• ikollhom esperjenza pożittiva tal-kitba,
• jorbtu l-kitba mal-ħajja ta’ kuljum u,
• jitħarrġu fi strateġiji tal-kitba li l-ġenituri/kustodji jistgħu jużaw ma’ wliedhom id-dar.
X’ser tingħata
Il-ġenituri/kustodji jagħżlu jekk jixtiqux jattendu x-xalata ta’ kitba bl-Ingliż jew bil-Malti. Dawn ix-xalati ta’ kitba ta’ siegħa u nofs kull waħda huma organizzati f’varjetà ta’ postijiet differenti madwar Malta u Għawdex, fosthom mużewijiet, ġonna pubbliċi, bajjiet, eċċ..
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha. Il-ġenituri/kustodji jistgħu wkoll jirriservaw post billi jċemplu lill-Aġenzija fuq 2598 3326, jew billi jħallu messaġġ fuq il-paġna taʾ Facebook ‘Xalati ta’ Kitba’, jew billi jibagħtu imejl lil mwp.nla@ilearn.edu.mt.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
8 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
10 ijiem