Ħarsa ġenerali
Talba għal ebda oġġezzjoni tal-Awtorità tal-Artijiet għal modifika minuri fit-termini tar-Regolament 3 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.07 (Regolamenti dwar l-ippjanar ta' żvilupp (proċedura għal modifiki minuri lil pjanijiet sussidjarji).
X’ser tingħata
Benefiċjarju jista’ jingħata approvazzjoni sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar li jinvolvu bidliet fl-alinjamenti uffiċċjali. Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.
Eliġibbiltà
Kull persuna jew organizzazzjoni li għandha, jew beħsiebha, tissottometti applikazzjoni għall-permess għall-Ippjanar tal-Iżvilupp li tinvolvi bidliet fl-allinjamenti fit-toroq u l-bini u bidliet fiż-zoning mal-Awtorità tal-Ippjanar.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
15 - il jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar