Ħarsa ġenerali
Meta tnejn jew aktar intrapriżi li qabel kienu ekonomikament indipendenti minn xulxin jingħaqdu flimkien jew intrapriża waħda jew aktar jakkwistaw il-kontroll kollu jew parti minn waħda jew aktar intrapriżi, l-intrapriża li qed takkwista l-kontroll fil-każ ta’ xiri jew il-partijiet li ser jingħaqdu jew joħolqu joint venture għandha/għandhom jibagħtu l-Formola ta’ Notifika Dwar Konċentrazzjoni qabel ma jimplimentaw il-konċentrazzjoni. Il-Formola għandha tintbagħat fi żmien 15-il ġurnata wara li jkun sar il-ftehim, jew tkun tħabbret l-offerta pubblika, jew l-akkwist ta’ kontroll konġunt.
X’ser tingħata
Ġaladarba timla l-Formola u tibgħatha lill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, il-konċentrazzjoni tiġi evalwata u jekk ma jirriżultax li l-konċentrazzjoni ser twassal għal tnaqqis sostanzjali tal-kompetizzjoni fis-suq Malti jew parti minnu, id-Direttur Ġenerali jiddikjara li l-konċentrazzjoni bħala waħda leġittima.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
L-Ufiċċju tal-Kompetizzjoni
L-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur
Mizzi House
Triq Nazzjonali
Blata l-Bajda ĦMR9010
Wieħed jista' japplika billi jniżżel il-formola, jimlieha u jibgħatha lill-Uffiċċju. Verżjoni oriġinali u żewġ kopji tal-formola għandhom jintbagħtu lill-Uffiċċju. Għandha titħallas is-somma ta’ €163.06 bħala dritt dwar in-notifika.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
7 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 xhur
Provvista tas-Servizz
10 ijiem