Ħarsa ġenerali
L-Allowance ta’ Ltim tista’ tingħata lil persuna li tkun fdata bil-kura u kustodja tat-tfal li l-l-ġenituri tagħhom ikunu mejtin.
Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.
X’ser tingħata
Il-Ħlas tal-Allowance ta’ Ltim titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem lill-persuna fdata bil-kura u kustodja.
Din l-allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu sittax-il (16) sena.
Ikklikkja hawn għal skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Persuna li tkun fdata bil-kura u kustodja tat-tfal, li l-ġenituri tagħhom ikunu mejtin.
Wieħed mill-ġenituri kien irreġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
Wieħed mill-ġenituri kien ċittadin ta’ Malta qabel mewtu.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dikjarazzjoni tal-applikant/a, u jekk applikabbli, tal-konjuġi. Ikklikkja hawn biex tniżżel id- dikjarazzjoni.
Digriet tal-Qorti li jirrigwardja l-kura u kustodja tat-tfal.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
8 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
8 ijiem