Ħlas Lura ta' Pagament Żejjed (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Ħlas żejjed iseħħ meta d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (DSS) iħallas benefiċjarju aktar benefiċċji tas-sigurtà soċjali milli kien dovut, ħafna drabi minħabba li d-dħul, ir-riżorsi, l-istat ċivili, is-sitwazzjoni tal-għajxien inbidel jew minħabba żball amministrattiv.

 

Il-benefiċjarji tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali huma meħtieġa li jinformaw lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) bi kwalunkwe bidliet fid-dħul, impjieg, sitwazzjoni tal-għajxien, jew stat ċivili fost oħrajn. Għadd kbir ta’ pagamenti żejda huma kkawżati minn benefiċjarji li jonqsu milli jagħmlu dan. Kun żgur li żżomm lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali infurmat dwar dawn il-bidliet, sabiex tevita li tħallas ħlasijiet żejda li jkunu ta’ inkonvenjent u potenzjalment għoljin.

X’ser​ tingħata

Meta d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jiskopri li sar ħlas żejjed, jibgħat Avviż ta’ Ħlas Żejjed lill-benefiċjarju biex jinfurmah dwar:

 

  • L-ammont ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali mhux dovuti,
  • Ir-raġuni/jiet għall-ħlas żejjed, u
  • Il-mod kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jipproponi li jirkupra l-ammont li tħallas żejjed.

 

Meta tiġi deċiża r-rata tal-ħlas lura, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jħares lejn il-fatturi li ġejjin:

 

  • Il-kapaċità tal-benefiċjarju li jħallas lura,
  • Kwalunkwe fatti jew ċirkostanzi rilevanti li ġew imressqa mill-benefiċjarju, u
  • L-ammont ta’ ħlas żejjed u kif ġara.

Eliġibbiltà​​

  • Tagħmel ħlas wieħed biex iħallas lura l-ħlas żejjed kollu, jew
  • Tagħmel ħlas lura permezz ta’ flus kontanti ta' kull ġimgħa jew kull xahar sakemm jitħallas il-ħlas żejjed kollu, jew
  • Jekk għadek tirċievi pagament ta’ benefiċċju tas-sigurtà soċjali, jitnaqqas mil-ħlas dovut.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa

 

  • Kont validu tal-e-ID sabiex tagħmel pagament online, jew
  • Id-dettalji tal-benefiċjarju (Numru tal-Karta tal-Identità, Isem u Kunjom u l-Ammont Oriġinali) biex isir rifużjoni ta' ħlas żejjed online mingħajr l-użu tal-e-ID. Huma biss numri li għandhom jiddaħħlu fl-ispazju tal-ammont fejn mitlub.

Kif tapplika​

  • Jitħallas lura ħlas żejjed dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali online. Għal dawk il-persuni li jawtentikaw bil-e-ID biex iħallsu l-ħlas żejjed, hemm il-faċilità li jew jitħallas pagament wieħed jew jitħallas aktar minn ħlas żejjed wieħed fl-istess instanza.
  • Wieħed jista' jagħmel ħlas lura f'isem persuna oħra. Għal dan is-servizz, l-utent għandu jipprovdi d-dettalji tal-ħlas żejjed tal-benefiċjarju inkluż l-Isem u l-Kunjom, in-Numru tal-Karta tal-Identità u l-Ammont Oriġinali (€). Huma biss numri li għandhom jiddaħħlu fl-ispazju tal-ammont fejn mitlub. Din l-informazzjoni tista’ tinstab fuq l-ittra ta’ notifika li tintbagħat lill-benefiċjarju jew lill-aġent/amministratur. Tintbagħat email ta’ konferma bħala riċevuta lill-persuna li tagħmel il-ħlas.

 

jew

 

  • Ħlas permezz ta’ flus kontanti ta’ mhux aktar minn mitejn ewro (€200), jew b’ċekk indirizzat lid-Direttur tas-Sigurtà Soċjali, f’wieħed miċ-ċentri ta’ Servizz.gov. Tingħata riċevuta lill-persuna li tagħmel il-ħlas.


Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa' ma' xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza:

 

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Ħlas Lura ta’ Pagament Żejjed’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew
  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika