Skema Blue Badge (Tiġdid tal-Applikazzjoni)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Il-Blue Badge huwa dokument legali li jippermetti lid-detenturi jipparkjaw f'postijiet ta' parkeġġ riżervati. Dan id-dokument jinħareġ minn Aġenzija Sapport lill-applikanti eliġibbli. Persuna tista’ wkoll tapplika f’isem ħaddieħor sabiex tiffaċilita s-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

X’ser​ tingħata

Persuni fil-pussess tal-Blue Badge huma intitolati li jkollhom il-vettura li biha jkunu qed jivvjaġġaw, ipparkjata f’postijiet pubbliċi riservati għal persuni b’diżabilità bil-Blue Badge mqiegħda b’mod prominenti mal-windscreen. L-arranġamenti tal-parkeġġ huma l-istess għad-detenturi tal-Blue Badge fl-Istati Membri kollha tal-UE. Il-Blue Badge hija wkoll rikonoxxuta u tista’ tintuża fl-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, New Zealand, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

Eliġibbiltà​​

  • Persuni li huma intitolati għall-Karta Ewropea tad-Diżabilità maħruġa minn Aġenzija Sapport u li għandhom diżabilità fiżika severa u permanenti jew temporanja.

  • Persuni b’diżabilità permanenti tal-vista, li ma taqbiżx 6/60 fl-aħjar għajn, jew li għandhom limitazzjoni viżwali li ma tħallihomx jaraw minn angolu ta' mill-inqas 20 grad u li jużaw vettura bil-mutur fuq bażi regolari.

  • Persuni li għandhom diżabilità severa permanenti li jsuqu karozza regolarment.

  • Persuni li għandhom diżabilità fiżika permanenti u severa li żżommhom milli jimxu jew li jagħmlu dan b'diffikultà kbira jew għal dawk li kull sforz biex jimxu jkun ta' detriment għal ħajjithom minħabba d-diżabilità tagħhom u li jagħmlu użu minn vettura bil-mutur b'mod regolari bażi.

  • Persuni b'diżabilità mentali severa jew li juru mġiba qalila severa u li jeħtieġu assistenza u/jew superviżjoni frekwenti matul il-ġurnata u l-lejl u li jużaw vettura bil-mutur fuq bażi regolari.

Kif tapplika​

  • Ma japplikax ħlas meta wieħed japplika għat-tiġdid tal-Blue Badge.

  • Wieħed għandu japplika għat-tiġdid tal-Blue Badge 3 (tliet) xhur qabel tiskadi l-Blue Badge. 

  • Ritratt tal-passaport bil-kulur (40 mm x 30 mm) u ffirmat riċenti. Rikjest biss jekk ma tkunx se timla l-applikazzjoni online awtentikata b’e-ID. 

  • Firma tal-applikant b’kulur blu fuq karta bajda trid tkun mtellgħa mas-sezzjoni indikata fl-applikazzjoni. Il-firma ser tiġi pprintjata fuq il-Blue Badge jekk l-applikant jinsab eliġibbli.

  • Sabiex wieħed iġedded il-Blue Badge, xorta għandu jippreżenta Ċertifikat Mediku mimli mit-tabib tiegħu. Il-persuna b’diżabilità tkun mitluba wkoll biex tidher quddiem il-bord mediku. Agħfas hawn biex tniżżel id-dokument ta’ Ċertifikat Mediku li jrid jimtela.

  • Dikjarazzjoni ta’ Kunsens trid tkun iffirmata mill-applikant. Agħfas hawn biex tniżżel id-dokument ta’ Dikjarazzjoni ta’ Kunsens li jrid jimtela u jintbagħat mal-applikazzjoni.

  • Jekk wieħed qed japplika f’isem l-applikant, irid jipprovdi wkoll kopja tal-karta tal-identità tiegħu. 

Kronoloġija

Sottomissjoni ta' Applikazzjoni

Ipproċessar ta' Applikazzjoni

46 jum

Applikazzjoni Kompluta

3 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika