Ħarsa ġenerali
Tippermetti lid-Dipartiment għas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali li joħroġ liċenzja ta’ spiżerija veterinarja
X’ser tingħata
Liċenzja ta' spiżerija veterinarja, 90 jum mill-applikazzjoni, kemm-il darba l-applikazzjoni u l-ispezzjoni assoċjata magħha jiġu evalwati b'mod pożittiv.
Eliġibbiltà
Sidien prospettivi ta' spiżeriji veterinarji.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
i) Pjanta tas-sit (1:250)
ii) Curriculum Vitae tal-Ispiżjar li jmexxi
iii) Proċeduri Standard ta’ Operat (Standard Operating Procedures)
iv) Pjanta tal-binja (1:100)
v) Kondotta tal-pulizija ta’ sid l-ispiżerija
vi) Permess tal-Awtorità tal-Ippjanar għall-ħanut
vii) Liċenzja tal-MFSA (Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta) (jekk l-applikant huwa kumpanija limitata)
viii) Memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-kumpanija (jekk l-applikant qed jirrappreżenta kumpanija)
ix) Tqassim propost taż-żoni ta’ ħażna u ta’ tqassim ta’ prodotti.
x) Prova tal-ħlas tad-dritt applikabbli.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
15 - il jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
15 - il jum
Provvista tas-Servizz
30 jum