Ħarsa ġenerali
L-Iskema Sustinable Quality Employment in Gozo se tipprovdi għajnuna, fil-forma ta’ rimborsi parzjali ta’ salarju, lil min iħaddem li jinsab u li għandu indirizz reġistrat f’Għawdex, biex isostni it-tranżizzjoni lejn sostenibbiltà msaħħa ta’ impjieg full-time fuq bażi indefinita:
a) jew ta’ impjegati ġodda bbażati f'Għawdex.
b) jew ta’ persunal ibbażat f’Għawdex, diġà impjegat mal-istess impriża bla waqfien mill-1 ta’ Jannar 2018 'il quddiem u li għalihom min iħaddimhom diġà bbenefika miċ-ċiklu sħiħ ta' 3 snin taħt l-Iskema ta' Gozo Employment Refund Scheme jew Gozo Back-Office Scheme.
Aktar informazzjoni hija disponibbli fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema fuq il-websajt tal-Ministeru għal Għawdex permezz ta din il-ħolqa: ghawdex.gov.mt
X’ser tingħata
L-għajnuna se tingħata fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, soġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-iskema u għal-limitu massimu annwali u l-baġit totali.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Dan is-servizz jista' jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mowbajl app myGozo li tista' titniżżel mill-Play Store jew App Store.
Dokumenti Meħtieġa
Kuntratt tax-Xogħol
Kopja tal-Karta tal-Identità
Jobsplus Employment History (tiġi akkwistata permezz ta' Jobsplus)
Dikjarazzjoni
Dikjarazzjoni ta' Għajnuna mill-Istat
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Xahar
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Sena
Provvista tas-Servizz
91 jum