Ħarsa ġenerali
Din il-formola għandha tiġi sottomessa mill-eredi sabiex jiġi miksub ċertifikat mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tar-riforma tal-art agrikola sabiex ikun eżentat fuq it-trasferiment causa mortis ta' art agrikola jekk l-art agrikola qed tiġi mikrija lill-terzi skont il-Kap. 199 tal-Liġijiet ta’ Malta jew wieħed mill-werrieta jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li jiddefinixxu bidwi professjonali kif definit mill-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura.
X’ser tingħata
L-applikant/i jiksbu ċertifikat sabiex ikunu eżentati mit-taxxa fuq it-trasferiment causa mortis ta' art agrikola jekk l-art agrikola qed tiġi mikrija lill-terzi skont il-Kap. 199 tal-Liġijiet ta’ Malta jew wieħed mill-werrieta jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li jiddefinixxu bidwi professjonali kif definit mill-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura. Iċ-ċertifikat għandu jiġi ppreżentat mal-kuntratt Causa Mortis lill-Kummissarju –tat-Taxxi
Eliġibbiltà
- L-art agrikola bħalissa qed tinkera lil terzi skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar it-Tiġdid ta' Kiri ta' Raba' (Kap. 199 tal-Liġijiet ta’ Malta), jew
- L-applikant jaqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji li jiddefinixxu bidwi professjonali kif stabbilit mill-Ministru responsabbli għall-agrikoltura.
-
It-testatur minn għand min ikun qed jiret l-art agrikola l-applikant ikun miet wara l-1 ta’ Jannar 2024
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ssottomettiha.
Il-lista obbligatorja tad-dokumenti speċifikati fid-dokumentazzjoni meħtieġa jeħtieġ li tittella' matul is-sottomissjoni tal-formola onlajn.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Provvista tas-Servizz
4 ijiem