Ħarsa ġenerali
Il-formola “Formola tal-Art għad-Dispożizzjoni tal-Bidwi” hija rekwiżit li joħroġ mir-Regolament (UE) 2021/2115 Artikolu 4 paragrafu 4, Regolament (UE) 2021/2115 paragrafu 15 u Taqsima 4.1.3 tar-Rapport tal-Pjan Strateġiku tal-PAK 2021. Il-formola sservi bħala dikjarazzjoni tal-bdiewa, ikkumplimentata, u ffirmata minn Kummissarju tal-ġuramenti li jafferma li l-art hija għad-dispożizzjoni tal-bidwi. Il-formola trid tiġi ffirmata fuq kull paġna mill-applikant u l-Kummissarju b ’setgħa li jagħti ġurament. Din il-proċedura hija meħtieġa primarjament għal pakketti maħsuba biex jitolbu fondi ta’ sussidju u għal każijiet ta’ kontestazzjoni fejn il-proċedura tapplika għat-tipi kollha ta’ irqajja’ ta’ art.
X’ser tingħata
Permezz ta’ din il-formola, il-bidwi qed jiċċara t-titlu li għandu fuq l-art, li huwa rekwiżit biex xi tip ta’ talbiet jiġu pproċessati.
Eliġibbiltà
Il-bdiewa reġistrati kollha li jfittxu li jew:
Jirreġistraw l-roqgħa/irqajja’ u talbu fondi ta’sussidju
Jaqilbu l-irqajja’ ġa rreġistrati biex jitolbu fondi ta ’sussidju
Jimmodifikaw il-konfini li jirriżultaw f ’żieda fl-art ta’ aktar minn 100 sqm.
Kemm iċ-ċedent kif ukoll iċ-ċessjonarju huma meħtieġa jimlew il-formola f’ każijiet ta’ trasferimenti ta’ irqajja’ li kienu rreġistrati fis-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), wara l-31 ta’ Diċembru 2017. Jekk l-irqajja’ tkun ġiet rreġistrata qabel il-31 ta’ Diċembru 2017, iċ-ċessjonarju biss ikun meħtieġ jimla l-formola.
F ’każ ta’ kontestazzjonijiet, il-proċedura tapplika għat-tipi kollha ta’ irqajja’ ta’ referenza.
Kif tapplika
Imla l-formola, li trid tiġi ffirmata fuq kull paġna mill-applikant u l-Kummissarju tal-Ġurament. Il-Pjan tas-sit mitlub irid jiġi mehmuż mal-formola qabel ma jiġi ppreżentat għand il-Kummissarju tal-Ġuramenti.
Jekk l-applikant ma jkollux il-Pjan tas-sit f’ idejh, l-applikant jeħtieġ li jikseb kopja tal-Pjan tas-sit mill-Front Office tal-ARPA, qabel is-sottomissjoni.
Ladarba timla l-formola, ipprintja, u ħu personalment il-formola flimkien mal-Pjan tas-sit meħtieġ lil Kummissarju tal-Ġurament.
Servizz biex jittieħed ġurament huwa offrut mingħajr ħlas fil-Front Office tal-ARPA, Ta’ Qali.
Il-formola trid tiġi ffirmata fuq kull paġna quddiem il-Kummissarju tal-Ġurament kemm mill-applikant kif ukoll mill-Kummissarju.
Il-formola trid tiġi sottomessa personalment fil-Front Office tal-ARPA Ta’ Qali Malta, JEW fil-Farm Sperimentali tal-Gvern fix-Xewkija Għawdex.
Żur https://arpa.gov.mt/ikkuntattjana/ biex tara l-ħinijiet tal-ftuħ.
Dokumenti meħtieġa:
Pjanta tas-sit maħruġa mis-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), jew pjanta tas-sit approvata minn perit f ’każ ta’ kontestazzjoni (formola separata) mill-kontestant biss.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
4 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
40 jum
Approvazzjoni ta' Applikazzjoni
9 ijiem
Provvista tas-Servizz
Ġurnata