Ħarsa ġenerali
Din l-applikazzjoni għandha tintuża minn organizzazzjonijiet interessati għar-reġistrazzjoni tal- Kennel Clubs skont ir-Regolamenti tal-2024 dwar Il-Projbizzjoni Tat-Tnissil u ż-Żamma Ta’ Klieb Ta’ Tip Bully Non-Pedigree.
X’ser tingħata
Dan il-proċess iwassal biex organizzazzjoni volontratja rreġistrata mal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji tiġi rrikonoxxuta u rreġistrata bħala Kennel Club.
Eliġibbiltà
Organizazzjoni rreġistrati bħala organizzazzjoni volontarja mal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji u li għandha affiljazzjoni ma’ kennel club rikonoxxut internazzjonalment. Dawk l-organizzazzjonijiet rreġistrati mal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji li sad-data tal-pubblikazzjoni tar- Regolamenti dwar Il-Projbizzjoni Tat-Tnissil U Ż-Żamma Ta’ Klieb Ta’ Tip Bully Non-Pedigree jiġifieri sa’ 6 t’ Awwissu 2024 li kienu mwaqqfa bl-għan li jistabbilixxu standards, organizazzjoni ta’ kompetizzjonijiet, u li jirreġistraw ċertifikati tal-pedigrees ser jiġu eżentati milli jkunu rikonoxxuti minn kennel club rikonoxxut internazzjonalment.
Kif tapplika
L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa onlajn.
Dokumenti Meħtieġa:
Prova ta affiljazzjoni ma’ kennel club rikonoxxut internazzjonalment.*
Prova ta’ reġistrazzjoni mal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji u l-għan ta’ twaqqif tal-organizzazzjoni volontarja skont l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji
*Eżenzjoni għal dawk l-organizzazzjonijiet rreġistrati mal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji li sad-data tal-pubblikazzjoni tar- Regolamenti dwar Il-Projbizzjoni Tat-Tnissil U Ż-Żamma Ta’ Klieb Ta’ Tip Bully Non-Pedigree jiġifieri sa’ 6 t’ Awwissu 2024 li kienu mwaqqfa bl-għan li jistabbilixxu standards, organizazzjoni ta’ kompetizzjonijiet, u li jirreġistraw ċertifikati tal-pedigrees.
Kronoloġija
Sottomissjoni tal-Applikazzjoni
Ġurnata
Iċċekkjar tal-Applikazzjoni
20 jum
Provista tas-Servizz
10 ijiem