Ħarsa ġenerali
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni huwa impenjat li jkompli jrawwem stil ta' ħajja aktar b'saħħtu fost iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi promossa l-attività fiżika u l-benesseri. Għal dan il-għan, il-Ministeru ser jerġa jniedi Skema ta’ Appoġġ għall-Attività Fiżika taż-Żgħażagħ.
Din l-inizjattiva issa hija valida għal dawk iż-żgħażagħ imwielda bejn l-2004 u l-2009, sakemm mhux diġà bbenefikaw mill-iskema din is-sena. L-iskema toffrilhom sitt xhur ta’ abbonament b’xejn li jissarfu f’sitt xhur sħubija f’gyms. Is-sistema hija allinjata mal-prijoritajiet nazzjonali għall-promozzjoni tas-saħħa u l-iżvilupp taż-żgħażagħ, u għandha l-għan li toħloq kultura ta’ għarfien dwar is-saħħa fost iż-żgħażagħ, filwaqt li maż-żmien jitnaqsu l-ispejjeż tas-saħħa pubblika.
X’ser tingħata
L-iskema għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-attendenza f’gyms fost iż-żgħażagħ eliġibbli billi tkopri l-ispejjeż għal sitt xhur tal-abbonament tagħhom u b’hekk tappoġġja l-attività fiżika u l-benesseri ġenerali.
Karatteristiċi ewlenin tas-sistema huma:
• Kopertura finanzjarja għal sitt xhur.
• Kollaborazzjoni ma’ gyms irreġistrati madwar Malta u Għawdex.
• Proċess sempliċi ta’ applikazzjoni online u verifika permezz ta’ pjattaforma ddedikata.
Eliġibbiltà
Inti eliġibbli jekk twelidt fl-2004, fl-2005, fl-2006, fl-2007, fl-2008 jew fl- 2009.
Kif tapplika
Biex tapplika:
1. Żur https://youthfitness.gov.mt/ u għafas fuq “Applika Issa”
2. Daħħal in-numru tal-ID u n-Numru tad-Dokument
3. Għafas ‘Applika’
Is-sistema tiġġenera kodiċi QR jekk inti eliġibbli. Il-kodiċi QR imbagħad irid jiġi skennjat f’ wieħed mill-gyms eliġibbli li jinsabu fuq is-sit elettroniku.
Dokumenti meħtieġa
Biex tapplika għas-servizz teħtieġ:
• Numru tal-ID card
• Numru tad-Dokument
Kronoloġija
Sottomissjoni ta Applikazzjoni
Ġurnata
Ivettjar u Provvista tas-Servizz
Ġurnata