Applikazzjonijiet u Servizzi - A sa Z (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (DSS) joffri firxa usa ta’ applikazzjonijiet u servizzi online biex jiffaċilita l-aċċess għall-benefiċċji u servizzi varji. Dawn is-servizzi huma iddisinjata biex jgħinu lill-individwi u familji f’sitwazzjonijiet diversi tal-ħajja, biex jiġi żgurat li l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ikunu fil-ħin u effiċjenti. Kemm jekk l-applikazzjoni tkun relatata mal-irtirar, maternità, diżabilitità jew xi benefiċċji soċjali ieħor, il-pjattaforma online tagħna tagħmilha aktar faċli għalik biex tapplika u tirċievi s-sapport li jkollok bżonn. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għamilha faċli għaċ-ċittadini biex jaċċessaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi online kollha f'post wieħed. Meta tikklikkja fuq il-link ipprovdut, tiġi dirett għal-lista kollha tal-applikazzjonijiet u servizzi b’mod alfabetiku mingħajr ma jkollok għalfejn tinnaviga permezz ta’ folji ta’ informazzjoni għal kull applikazzjoni jew servizz individwali.

X’ser​ tingħata

Biex taċċessa applikazzjoni online hija sempliċi. Meta tuża din il-lista ċentralizzata, ser ikollok aċċess għal ġabra komprensiva ta’ applikazzjonijiet u servizzi online li huma relatati mad-DSS. Dawn l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi f'inqas minn 10 sa 15-il minuta, jekk wieħed jassumi li għandek il-prerekwiżiti kollha meħtieġa disponibbli. Għas-servizzi, l-informazzjoni meħtieġa tintwera fuq l-iskrin dak il-ħin.

Eliġibbiltà​​

Il-maġġor parti tal-applikazzjonijiet u s-servizzi disponibbli permezz tad-DSS jeħtieġu li jkollok kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità. Dan il-kont tal-e-ID se jintuża għal skopijiet ta’ awtentikazzjoni.

Ġeneralment, int trid tissodisfa kriterja speċifika relatata ma’ residenza, status tal-impjieg, livel ta’ dħul, età u status tas-saħħa.

Kif tapplika​

Biex tara jew taċċessa l-lista kollha tal-applikazzjonijiet u s-servizzi relatati mad-DSS, ikklikkja hawn.

 

Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa' ma' xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza:

 

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Applikazzjonijiet u Servizzi - A sa Z’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew

  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.