Ħarsa ġenerali
Din il-formola hija applikabbli f’każijiet fejn hemm konċessjoni enfitewtika jew subenfitewtika skaduta, jew konċessjoni enfitewtika jew subenfitewtika li se tiskadi il-31 ta’ Diċembru 2030 jew f’data aktar bikrija, fuq art mogħtija mill-Gvern, jew il-predeċessuri tiegħu fit-titolu.
X’ser tingħata
Benefiċjarju jista’ jikseb estensjoni tal-konċessjoni enfitewtika temporanja skont kriterji stabbiliti fl-avviż legali. Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.
Eliġibbiltà
Din il-formola tapplika għal persuni li huma enfitewti rikonoxxuti, jew l-eredi legali tagħhom.
Tul ta’ żmien tal-konċessjoni l-ġdida - Il-konċessjoni enfitewtika mogħtija mill-Awtorità skont dawn ir-regolamenti se tkun ta’ ħamsin (50) sena, li jibdew mid-data tal-pubblikazzjoni tal-konċessjoni enfitewtika l-ġdida.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
30 jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
180 jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 xhur