Life Skills Lab Summer 2026 - Agenzija Żgħażagħ

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 04 Awwissu 2026

Ħarsa ġenerali

Il-Life Skills Lab Sajf 2025, organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ, joffri varjetà ta’ programmi ta’ ħiliet għall-ħajja, klabbs, kampijiet residenzjali, bootcamps u programmi akkreditati. Dawn l-attivitajiet huma ddisinjati biex jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ u jgħinuhom fl-iżvilupp personali tagħhom, permezz ta’ esperjenzi ta’ tagħlim sinifikanti.

Il-programmi huma bla ħlas u huma miftuħa għal żgħażagħ ta’ bejn l-11 u s-16-il sena, u jsiru f’dawn il-lokalitajiet:

  • Santa Venera
  • Msida
  • MCAST Paola
  • Għajnsielem, Għawdex
  • Qawra
  • Youth Activity Centre, Villa Psaigon, Dingli

Youth Activity Centre, Marsaxlokk

X’ser​ tingħata

Life Skills Lab, Sajf 2025 jipprovdi esperjenza ta’ sajf li tiffoka fuq tagħlim prattiku, kreattività u esplorazzjoni. Il-parteċipanti se:

  • Jiżviluppaw  permezz ta’ proġetti interattivi u opportunitajiet ta’ tkabbir personali.
  • Jsaħħu ħiliet ewlenin bħal tmexxija, komunikazzjoni, kreattività u ħsieb kritiku.
  • Jipparteċipaw f’ambjent inklussiv u divers li jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-ekwità.
  • Jieħdu sehem b’mod attiv fil-komunità, billi jrawmu sens ta’ ċittadinanza attiva u responsabbiltà.

Permezz ta’ kollaborazzjoni, attivitajiet interattivi u sfidi li jibnu l-ħiliet, il-parteċipanti se jikbru fil-kunfidenza, fir-reżiljenza u fil-ħbiberiji f’atmosfera li toffri sapport u motivazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Il-programm huwa miftuħ għal żgħażagħ ta’ bejn l-11 u s-16-il sena li jixtiequ jesploraw opportunitajiet ġodda u jtejbu l-iżvilupp personali tagħhom.

Kif tapplika​

Applikazzjoni faċli! Segwi dawn il-passi:

  1. Żur il-websajt: youth.gov.mt/slsl 
  2. Aqra l-fuljett biex tara d-dettalji ta’ kull programm. Ikklikkja fuq it-titlu ta’ interess biex tara l-folja ta’ informazzjoni.
  3. Niżżel ‘l isfel u sib il-formola ta’ applikazzjoni. Imliha bid-dettalji meħtieġa.[
  4. Ibgħat il-formola u tirċievi konferma fi żmien jumejn.

 

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika