Ħarsa ġenerali
Din il-formola tintuża meta notifikatur irid ipoġġi suppliment tal-ikel / ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali fis-suq lokali. In-notifikatur għandu jissottometti d-detalji tiegħu kif ukoll informazzjoni relatata mas-suppliment tal-ikel / ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali. It-tikketta tal-prodott flimkien mal-prova tal-ħlas għandhom ukoll jiġu sottomessi.
X’ser tingħata
Ladarba tkun ġiet sottomessa l-formola, flimkien mad-dokumenti meħtieġa, id-dokumenti kollha jiġu rriveduti. Jekk id-dokumenti jkunu koretti, tinħareġ irċevuta tan-notifika. Il-proċess jieħu minimu ta' ġimgħatejn.
Eliġibbiltà
Din il-formola trid timtela minn notifikatur meta suppliment tal-ikel / ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali jeħtieġ li jitqiegħed fis-suq lokali.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta Applikazzjoni
Ġurnata
Iċċekkjar ta Applikazzjoni
30 jum
Provvista tas-Servizz
10 ijiem