Benefiċċju għal-Leave Speċjali għal Korriment fi Tqala

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Dan il-benefiċċju jipprovdi leave speċjali mħallas għal impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom f’Malta, li jesperjenzaw korriment fi tqala fl-ewwel tnejn u għoxrin (22) ġimgħa tat-tqala. Min iħaddem jista’ jitlob rimbors għall-pagi mħallsa matul dan il-leave. Persuni li jaħdmu għal rashom jirċievu ħlas dirett lilhom.

X’ser​ tingħata

  • Impjegati: Sa sebat (7) ijiem leave imħallas għal korriment.

  • Persuni li jaħdmu għal rashom: Ħlas ta’ ġimgħa (1) skont il-paga medja nazzjonali.

  • Min iħaddem: Rimbors ta’ sebat (7) ijiem tal-paga bażika tal-impjegat.

  • Iż-żewġ konjuġi/sieħeb/sieħba: Jekk it-tnejn huma eliġibbli, it-tnejn jistgħu japplikaw.

Kif jaħdem il-proċess tal-applikazzjoni

  • Tabib Mediku (Tabib tal-Familja, Obstetriku jew Konsulent) jibda l-applikazzjoni online.

  • Min iħaddem / Persuna li taħdem għal rasha (u min iħaddem lil Konjuġi/Sieħeb/Sieħba, jekk applikabbli) jirċievu email ta’ konferma biex tkun tista’ titkompla t-talba.

  • Min iħaddem / Persuni li jaħdmu għal rashom għandhom jissottomettu l-parti tagħhom tal-applikazzjoni fi żmien tliet (3) xhur mill-korriment tat-tqala.

Eliġibbiltà​​

  • L-applikant irid ikun ġenitur prospettiv u l-korriment irid ikun seħħ fi żmien l-ewwel tnejn u għoxrin (22) ġimgħa tat-tqala.

  • Impjegati kif ukoll persuni li jaħdmu għal rashom jistgħu japplikaw.

  • Iż-żewġ konjuġi/sħab jistgħu japplikaw jekk huma eliġibbli.

  • Jekk l-omm ma tkunx taħdem, il-konjuġi/sieħeb xorta jista’ jkun eliġibbli.

  • L-applikanti jridu jkunu ċittadini Maltin/ UE jew żwieġhom li jgħixu Malta. Jekk il-korriment waqt it-Tqala sseħħ barra minn Malta, ikun meħtieġ ċertifikat tat-tabib barrani.

  • Impjegati fis-settur pubbliku ma japplikawx online iżda għandhom jikkoordinaw mad-dipartiment tal-HR rispettivi tagħhom.

  • Il-benefiċċju jista’ jintalab aktar minn darba, anke fl-istess sena.
     

Min mhux eliġibbli?

  • Impjegati fuq leave mhux imħallas.

  • Ħaddiema każwali li ma jħallsux Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.

  • Ħaddiema li huma eżentati mill-ħlas tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

  • Persuni Self-employed li ma ħallsux almenu għoxrin (20) kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar sentejn qabel il-korriment waqt it-tqala.

  • Persuni ta’ nazzjonalità barranija li ma jħallsux Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali f’Malta.

Dokumentazzjoni meħtieġa

  • Ċertifikat tat-tabib barrani huwa meħtieġ jekk il-korriment fi tqala sseħħ barra minn Malta.

  • Indirizzi tal-email validi ta’ min iħaddem (jew email personali għal persuni li jaħdmu għal rashom).

  • Impjegatur: FS3 tas-sena li tkun għaddiet (jekk ikun l-istess impjegatur li qed japplika għal rifond) u l-aħħar tliet (3) payslips.

  • Persuni li jaħdmu għal rashom: Riċevuti ta’ Klassi 2 li juru mill-inqas għoxrin (20) kontribuzzjoni fl-aħħar sentejn (2).

Kif tapplika​

It-tabib għandu jissottometti l-applikazzjoni online fi żmien jumejn ta’ xogħol mid-data li l-applikant jerġa’ lura għax-xogħol.


It-Tabib Mediku jrid jimla u jissottometti l-applikazzjoni online

Kronoloġija

Sottomissjon tal-Applikazzjoni minn min iħaddem

Ipproċessar tal-Applikazzjoni

9 ijiem

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika