Ħarsa ġenerali
Applikanti għall-Iskema ta’ Għajnuna ‘Access to Employment’ (A2E), amministrata minn Jobsplus, li indikaw it-tip ta’ entità tagħhom bħala Kumpanija jew Joint Venture fil-formola tal-applikazzjoni, huma meħtieġa jimlew din il-formola ta’ dikjarazzjoni biss jekk:
L-entità tkun irreġistrata mar-Reġistru tal-Kumpaniji ta’ Malta għal inqas minn tliet snin, u
L-ewwel rendikonti finanzjarji awditjati tal-entità għadhom ma ġewx sottomessi mar-Reġistratur tal-Kumpaniji.
Din id-dikjarazzjoni sservi bħala stima finanzjarja u trid timtela u tiġi ffirmata minn kontabilist ċertifikat u b’liċenzja. Din tinkludi data finanzjarja mbassra għas-sena kalendarja kollha, inkluż id-dħul, l-assi, l-ekwità u l-obbligazzjonijiet. Il-formola tibqa’ valida sal-aħħar tas-sena rispettiva u trid timtela kompletament sabiex tkun tista’ titniżżel f’format PDF.
Wara li titniżżel u tiġi ffirmata kif meħtieġ, id-dikjarazzjoni trid tiġi mehmuża mal-formola tal-applikazzjoni. Il-kontenut tagħha se jintuża biex jiġi stabbilit id-daqs tal-Intrapriża u biex jitwettaq il-kontroll ta’ ‘Undertaking in Difficulty’, li jikkostitwixxi wieħed mill-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-iskema.
Il-formola tista’ tiġi aċċessata direttament minn
X’ser tingħata
Il-Kumpanija se tingħata sussidju ta' €201.00 (full-time) / €101.00 (part-time) fil-ġimgħa għal kull parteċipant, għal 52 ġimgħa, jew għal 104 ġimgħa, jew sussidju ta' €302.00 (full-time) / €151.00 (part-time) fil-ġimgħa għal massimu ta’ 156 ġimgħa f'każ ta’ persuna b'diżabilità.
Aktar informazzjoni tinstab fin-Noti ta' Gwida (A2E Guidance Notes) fuq il-Websajt tal-Jobsplus billi tagħfas hawn.
Eliġibbiltà
L-Intrapriżi kollha li għandhom attività ekonomika huma eliġibbli għall-Iskema A2E 2021-2027, meta jirreklutaw persuna żvantaġġata li taqa' taħt il-kriterji ta' eliġibilità tal-parteċipant. Fil-każ ta' NGOs u Social Partners anke jekk l-entità ma jkollhiex attività ekonomika huma eliġibbli għall-Iskema A2E 2021-2027, meta jirreklutaw persuna li taqa' taħt il-kriterji ta' eliġibilità tal-parteċipant