Aċċess għall-Impjieg 2021 - 2027 - Dikjarazzjoni tal-Parteċipant

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ġimgħa 30 Ottubru 2026

Ħarsa ġenerali

Il-formola tad-dikjarazzjoni tal-parteċipant trid tkun sottomessa mal-formola tal-applikazzjoni.
 

X’ser​ tingħata

Il-Kumpanija se tingħata sussidju ta' €201.00 (full-time) / €101.00 (part-time) fil-ġimgħa għal kull parteċipant, għal 52 ġimgħa, jew għal 104 ġimgħa, jew sussidju ta' €302.00 (full-time) / €151.00 (part-time) fil-ġimgħa għal massimu ta’ 156 ġimgħa f'każ ta’ persuna b'diżabilità.

Aktar informazzjoni tinstab fin-Noti ta' Gwida (A2E Guidance Notes) fuq il-Websajt tal-Jobsplus billi tagħfas hawn.
 

Eliġibbiltà​​

L-Intrapriżi kollha li għandhom attività ekonomika huma eliġibbli għall-Iskema A2E 2021-2027, meta jirreklutaw persuna żvantaġġata li taqa' taħt il-kriterji ta' eliġibilità tal-parteċipant. Fil-każ ta' NGOs u Social Partners anke jekk l-entità ma jkollhiex attività ekonomika huma eliġibbli għall-Iskema A2E 2021-2027, meta jirreklutaw persuna li taqa' taħt il-kriterji ta' eliġibilità tal-parteċipant

Kif tapplika​

Il-formola tad-dikjarazzjoni tal-parteċipant trid tiġi sottomessa mal-formola tal-applikazzjoni.


Agħfas hawn għall-formola tal-applikazzjoni
Agħfas hawn għall-formola tad-dikjarazzjoni tal-parteċipant
 

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

4 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

31 jum

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

14 - il jum

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika