Ħarsa ġenerali
Għal din l-iskema jistgħu japplikaw dawk l-Għawdxin li nqabdu Malta minħabba s-sospensjoni tas-servizz tal-vapur bejn Għawdex u Malta kawża tal-maltemp u kellhom iqattgħu lejl/ljieli f’akkomodazzjoni.
X’ser tingħata
L-iskema tipprovdi rifużjoni tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni, suġġetta għal limitu massimu li jiġi deċiż mill-Ministeru. Dan se jsir abbażi tan-numru totali ta’ applikazzjonijiet li jirċievi l-Ministeru.
Eliġibbiltà
Biex l-applikanti jkunu kkunsidrati bħala eleġibbli, jridu jissodisfaw il-kriterji sussegwenti:
1. Iridu jkunu residenti Għawdxin, kif indikat fuq il-karta tal-identità.
2. Ikunu nqabdu f’Malta u ma setgħux jirritornaw lura Għawdex minħabba s-sospensjoni tas-servizz tal-vapur.
3. Ikunu ħallsu l-spejjeż tal-akkomodazzjoni minn buthom.
4. U finalment iridu jippreżentaw l-irċevuti uffiċjali tal-akkomodazzjoni.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Dan is-servizz jista' jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mowbajl app myGozo li tista' titniżżel mill-Play Store jew App Store.
1. Din l-applikazzjoni għadha mhix disponibbli u tista’ tiġi attivata f’sitwazzjonijiet fejn l-aċċess bejn Malta u Għawdex ikun interrott temporanjament. L-attivazzjoni tiddependi min-natura u t-tul tal-interruzzjoni, kif ukoll miċ-ċirkostanzi operazzjonali dak il-ħin. Aktar informazzjoni dwar is-servizz tiġi kkomunikata kif meħtieġ.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Ġurnata
Iċċekkjar ta' Applikazzjoni
7 ijiem
Valutazzjoni ta' Applikazzjoni
7 ijiem
Provvista tas-Servizz
10 ijiem