Applikazzjoni għaċ-ċertifikat tal-Compliance

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 28 April 2026

Ħarsa ġenerali

Dan is-servizz huwa għal min għandu bżonn japplika għal Compliance Certificate, minħabba s-servizz tad-dawl u l-ilma, u għandu bżonn il-clearance mingħand is-CRPD qabel ma jagħmel applikazzjoni lill-Planning Authority.

X’ser​ tingħata

Dan is-servizz huwa għal min qed japplika għas-servizz tad-dawl u l-ilma u għandu bżonn il-clearance mingħand is-CRPD qabel ma jagħmel applikazzjoni lill-Planning Authority.

Eliġibbiltà​​

Kull persuna li ser ikun qed jagħti servizz lil pubbliku jew dawk li ser ikunu qed jibdew negozju jew dawk li ser ikunu qed jidħlu jgħixu f’appartment mibni għall-aċċessibiltà.

Kif tapplika​

Agħfas il-buttuna “Applika” hawn taħt. · Imla l-formola bid-dettalji tiegħek. · Iċċekkja li mlejt id-dettalji kollha. · Agħfas “Issottometti”. · Se tirċievi email bil-konferma tas-sottomissjoni tiegħek.

Biex tapplika għas-servizz teħtieġ: 

 

Full development permit

Pjanti approvati u ttimbrati mil-Planning Authority

Ritratti tax-xogħlijiet kompluti li jinkludu l-entratura, il-faċilitajiet sanitarji, u l-lift 

CMP mill-Awtorità tal-Ippjanar 

Ittra ffirmata dwar liema partijiet ikun qed japplika:

Compliance Cerificate għal bini kollu:

  • Full Development Permit ta’ żvilupp.

  • Indika kwalunkwe permess preċedenti u kundizzjonijiet relatati mas-CRPD (kwalunkwe applikazzjonijiet preċedenti vvjettjati mill-KNPD/CRPD).

  • Pjanti approvati.

  • Ritratti tax-xogħlijiet kompluti.

 

Compliance Certificate għal parti mill-bini

  • Full Development Permit ta’ żvilupp.
  • Indika kwalunkwe permess preċedenti u kundizzjonijiet relatati mas-CRPD (kwalunkwe applikazzjonijiet preċedenti vvettjati mill-KNPD/CRPD).
  • Ritratti tax-xogħlijiet kompluti.
  • Pjanti approvati.
  • Immarka bl-aħmar l-oqsma li qed tapplika fuq il-pjanti.

 

Compliance Certificate għal blokka ta’ appartamenti li ma ġietx ivvettjata mis-CRPD (peress li kellha inqas minn 30 unit), madankollu kien hemm żona kummerċjali li ġiet ivvettjata mis-CRPD.

  • Jekk fl-Access Audit tas-CRPD ġie indikat li s-CRPD ivvettjat biss iż-żona kummerċjali, jekk jogħġbok niżżel l-Access Audit minn E-APPS, peress li għandu jinkludi n-numru tad-dokument minn E-APPS, u ikteb ittra li tirreferi għar-rapport tas-CRPD fejn jinnota li s-CRPD ivvettjat biss il-parti kummerċjali.
  • Jekk m’hemmx indikat fl-Access Audit li l-KNPD/CRPD ivvettjat il-bini kummerċjali biss, trid tibgħat:
  • Full Development Permit ta’ żvilupp.
  • Indika kwalunkwe permess preċedenti u kundizzjonijiet relatati mas-CRPD (kwalunkwe applikazzjonijiet preċedenti vvettjati mill-KNPD/CRPD).
  • Ritratti tax-xogħlijiet kompluti.
  • Pjanti approvati.
  • Immarka bl-aħmar l-oqsma li qed tapplika fuq il-pjanti.

 

Meta tapplika għal ċertifikat ta’ konformità għall-appartamenti u l-ispazji komuni:

  • Kull appartament għandu jkun identifikat b’mod ċar b’numru tal-bieb.
  • L-ispazji komuni għandhom ikunu indikati b’mod ċar (eż. blokka 1, 2, eċċ.) u mmarka bl-aħmar l-oqsma li qed tapplika għal ċertifikat tal-Compliance għalihom.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika