Applikazzjoni biex titlob ċessjoni totali jew parzjali ta' trejdmark, jew l-irtirar ta' applikazzjoni ta' trejdmark

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ġimgħa 25 Settembru 2026

Ħarsa ġenerali

Din l-applikazzjoni tintuża biex titlob ċessjoni totali jew parzjali ta' trejdmark, jew l-irtirar ta' applikazzjoni ta' trejdmark.

X’ser​ tingħata

Il-possibbiltà li tnaqqas l-oġġetti u servizzi ta' trejdmark irreġistrata, jew tneħħi kompletament trejdmark reġistrata, jew tirtira applikazzjoni ta' trejdmark mir-reġistru billi ċċedi l-lista kollha ta' oġġetti u servizzi koperti bit-trejdmark.

Eliġibbiltà​​

L-applikant għandu jkun is-sid ta' trejdmark irreġistrata jew is-sid ta' applikazzjoni ta' trejdmark. 

 

Dokumenti meħtieġa:

i) Prokura (jekk jiġi appuntat prokuratur).


ii) Fil-każ li ma ġiex appuntat prokuratur u s-sid tat-trejdmark huwa individwu, ehmeż kopja tal-karta tal-identità/passaport.


iii) Fil-każ li ma ġiex appuntat prokuratur u s-sid tat-trejdmark hija kumpanija, ehmeż kopja tad-dikjarazzjoni maħruga mill-kumpanija fejn tiċċertifika it-talba taċ-ċediment.
 

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

10 ijiem

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

4 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

10 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika