Skema biex Tissostni l-Effiċjenza fl-Enerġija u l-Ilma fi ħdan Għaqdiet Volontarji

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ġimgħa 15 Mejju 2026

Ħarsa ġenerali

L-iskema hija maħsuba biex tgħin lill- Għaqdiet Volontarji li jixtiequ jnaqqsu l-konsum ġenerali tal-enerġija u l-ilma tagħhom billi tipprovdilhom għotja fiskali.

X’ser​ tingħata

Permezz ta’ din l-iskema, Għaqdiet Volontarji eliġibbli se jirċievu għotja biex tgħin tkopri 90% tal-ispejjeż ta’ intervent eliġibbli sa massimu ta’ 27,000 ewro (inkluża l-VAT).

Eliġibbiltà​​

Għaqdiet Volontarji rreġistrati u konformi bis-sħiħ mal-Kummissarju għall- Għaqdiet Volontarji huma eliġibbli biex japplikaw għal din l-iskema.

 

Dokumenti Meħtieġa

Meta japplikaw għal din l-iskema, l-applikanti eliġibbli jridu jipprovdu:

  • Il-Formola tal-Applikazzjoni

  • Ir-Rapport Tekniku li jelenka l-interventi kollha proposti fil-bini rispettiv

  • Kwotazzjonijiet tal-interventi proposti

  • Kontijiet tal-Utilità tal-bini inkwistjoni

  • Id-Dikjarazzjoni tal-Użu għall-bini inkwistjoni

  • Kopja ta' karta tal-identità valida tar-rappreżentant tal-organizzazzjoni (minn quddiem u minn wara)

Kif tapplika​

Applikant interessat jista' japplika għal din l-iskema permezz tal-portal online li jista' jinstab fuq www.energywateragency.gov.mt ladarba l-perjodu tal-applikazzjoni jkun attiv.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

150 jum

Iffirmar tal-Ftehim tal-Għotja u Implimentazzjoni tal-Proġett

180 jum

Iċċekkjar tat-Talba Finali

70 jum

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika