Ħarsa ġenerali
Taħt il-ftehim nazzjonali ta’ erba’ snin dwar is-servizz ta’ childcare b’xejn, child carers u Centre Managers li jitkellmu bil-Malti u li jaħdmu f’ċentri taċ-childcare li jipparteċipaw fil-Free Childcare Scheme jistgħu jkunu eliġibbli għal għotja annwali ta’ €520, miżjuda fuq il-paga normali tagħhom.
Dan il-benefiċċju jista’ jingħata kemm lil ċittadini Maltin kif ukoll lil ħaddiema barranin, ladarba jkunu kapaċi jikkomunikaw bil-Malti.
X’ser tingħata
Persuni eliġibbli jistgħu jirċievu għotja addizzjonali mal-paga normali tagħhom, sa massimu ta’ €10 fil-ġimgħa.
It-talbiet iridu jiġu sottomessi sad-data ta’ skadenza rilevanti. Ir-rifużjoni mbagħad issir skont l-iskeda tal-ħlasijiet kif indikat hawn taħt.
Perjodu tat-talba | Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni | Perjodu tal-ħlas |
Jannar sa Mejju 2026 | 15 ta’ Ġunju 2026 | Lulju 2026 |
Ġunju 2026 | 15 ta’ Lulju 2026 | Awwissu 2026 |
Lulju sa Settembru 2026 | 15 ta’ Ottubru 2026 | Novembru 2026 |
Ottubru sa Diċembru 2026 | 15 ta’ Jannar 2027 | Frar 2027 |
Jannar sa Marzu 2027 | 15 ta’ April 2027 | Mejju 2027 |
April sa Ġunju 2027 | 15 ta’ Lulju 2027 | Awwissu 2027 |
Lulju sa Settembru 2027 | 15 ta’ Ottubru 2027 | Novembru 2027 |
Ottubru sa Diċembru 2027 | 15 ta’ Jannar 2028 | Frar 2028 |
Kwalunkwe dati ta’ skadenza oħra jiġu kkomunikati aktar ’il quddiem.
Eliġibbiltà
Biex jikkwalifikaw, il-persuni jridu jkunu impjegati bħala child carers jew Centre Managers f’ċentri ta’ childcare liċenzjati mid-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni (DQSE), u jridu jkunu ċċertifikati kif meħtieġ mid-DQSE biex jokkupaw dawn il-karigi.
Iridu wkoll jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:
Ikunu ċittadini Maltin li għandhom School Leaving Certificate jew ċertifikat tal-Malti fil-Livell Ordinarju; jew
Ikunu ċittadini Maltin b’kwalifika fiċ-childcare fil-Livell 4 jew Livell 5 tal-MQF, iżda li ma għandhomx School Leaving Certificate jew ċertifikat tal-Malti fil-Livell Ordinarju. F’dawn il-każijiet, iċ-ċentru ta’ childcare għandu jidentifika lil dawn il-persuni u jiddikjara li huma fluwenti fil-Malti; jew
Ikunu persuni li għandhom ċertifikat fil-Malti ekwivalenti għal, jew ogħla minn, Livell 2 tal-MQF.
Kif tapplika
L-applikazzjonijiet għal dan il-benefiċċju f’isem il-child carers u s-Centre Managers għandhom jiġu sottomessi miċ-ċentri taċ-childcare.
Sib u niżżel il-Maltese Language Allowance For Childcare Employees Claim Forms mis-sit elettroniku ta’ Jobsplus hawnhekk.
Agħżel il-formola li tapplika għaċ-ċentru tiegħek:
Uża l-Carer Form jekk se tissottometti talba għal persuna waħda, jew jekk in-numru ta’ carers ikun żgħir;
Uża s-Centre Form jekk se tissottometti talba għal diversi carers.
Imla l-formola bid-dettalji kollha meħtieġa.
Iċċekkja li l-informazzjoni hija korretta u ffirma l-formola.
Ibgħat il-formola mimlija lil carerallowance.jobsplus@gov.mt.
Il-formoli jridu jaslu għand Jobsplus sad-dati ta’ skadenza indikati aktar ’l isfel.